Left arrow Mur Lura

PREMJAZZJONI GĦALL-ISBAĦ SALA MŻEJNA GĦAL ŻMIEN IL-MILIED FIR-RESIDENZA SAN VINĊENZ DE PAUL 2009

PR0207
Date Icon 05/02/2010

Dalgħodu fir-Residenza San Vinċenz de Paul tqassmu r-rigali lil dawk li pparteċipaw fil-kompetizzjoni bl-isem ta’ ‘L-Isbaħ Sala Tiżjin tal-Milied, Residenza San Vinċenz de Paul 2009’. L-għan ta’ din il-kompetizzjoni huwa li jkunu ppremjati dawk is-swali li jkollhom l-isbaħ tiżjin tal-Milied għall-benefiċċju tar-residenti fis-swali rispettivi tagħhom. 

Ir-rebbieħa tal-kompetizzjoni 2009, kienu s-Sala Madre Tereża 2 li ġiet fl-ewwel post, filwaqt li s-Sala Rużar Briffa 2A ġiet fit-tieni post. Għal din is-sena biss kemm is-Swali Female Ward 5 u 6, kif ukoll il-Female Ward 9 u 10, li ġew it-tielet. Għal din il-kompetizzjoni ħadu sehem 17-il sala differenti. 

Ir-rigali abbinati ma’ din il-kompetizzjoni kienu ta’ €233 għall-ewwel post u għat-tieni post €175. Minkejja li fit-tielet post kien hemm żewġ rebbieħa, huma ħadu €120 rispettivament. 

Is-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita` jifraħ lil dawk kollha li rebħu din il-kompetizzjoni u jirringrazzja lill-ħaddiema ta’ San Vinċenz għall-ħidma kontinwa tagħhom. 

Din il-kompetizzjoni ssir kull sena u jistgħu jieħdu sehem fiha s-swali kollha fir-Residenza San Vinċenz de Paul. Il-ġurija kienet magħmula minn żewġ persuni li daru mas-swali kollha u osservaw it-tiżjin differenti qabel ma taw il-verdett tagħhom.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow