PREMJAZZJONI GĦALL-ISBAĦ SALA MŻEJNA GĦAL ŻMIEN IL-MILIED FIR-RESIDENZA SAN VINĊENZ DE PAUL 2009
Dalgħodu fir-Residenza San Vinċenz de Paul tqassmu r-rigali lil dawk li pparteċipaw fil-kompetizzjoni bl-isem ta’ ‘L-Isbaħ Sala Tiżjin tal-Milied, Residenza San Vinċenz de Paul 2009’. L-għan ta’ din il-kompetizzjoni huwa li jkunu ppremjati dawk is-swali li jkollhom l-isbaħ tiżjin tal-Milied għall-benefiċċju tar-residenti fis-swali rispettivi tagħhom.
Ir-rebbieħa tal-kompetizzjoni 2009, kienu s-Sala Madre Tereża 2 li ġiet fl-ewwel post, filwaqt li s-Sala Rużar Briffa 2A ġiet fit-tieni post. Għal din is-sena biss kemm is-Swali Female Ward 5 u 6, kif ukoll il-Female Ward 9 u 10, li ġew it-tielet. Għal din il-kompetizzjoni ħadu sehem 17-il sala differenti.
Ir-rigali abbinati ma’ din il-kompetizzjoni kienu ta’ €233 għall-ewwel post u għat-tieni post €175. Minkejja li fit-tielet post kien hemm żewġ rebbieħa, huma ħadu €120 rispettivament.
Is-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita` jifraħ lil dawk kollha li rebħu din il-kompetizzjoni u jirringrazzja lill-ħaddiema ta’ San Vinċenz għall-ħidma kontinwa tagħhom.
Din il-kompetizzjoni ssir kull sena u jistgħu jieħdu sehem fiha s-swali kollha fir-Residenza San Vinċenz de Paul. Il-ġurija kienet magħmula minn żewġ persuni li daru mas-swali kollha u osservaw it-tiżjin differenti qabel ma taw il-verdett tagħhom.
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990