KUMPENS LIS-SAJJIEDA GĦALL-GĦELUQ TAL-ISTAĠUN TAL-PIXXISPAD
F’Ottubru li għadda, b’direttiva tal-ICCAT, ingħalaq l-istaġun tal-pixxispad għal xagħrejn ħalli tiġi protetta din l-ispeċi f’perjodu meta tkun vulnerabbli ħafna. Il-gvern iddeċieda li għandu jingħata kumpens lis-sajjieda armati għas-sajd tal-pixxispad ħalli jaġġustaw l-irkaptu tagħhom għal speċi oħra għas-snin li ġejjin fil-perjodu meta l-istaġun tal-pixxispad jerġa’ jingħalaq. Ta’ min wieħed jgħid li dan il-kumpens jingħata minn fondi lokali, u kull pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea huwa liberu li jiddeċiedi jagħtix dan il-kumpens jew le.
Il-kumpens għas-sena 2008 tħallas kif miftiehem. Il-kumpens għas-sena 2009, hekk kif maqbul mal-koperattivi tas-sajd, se jitħallas ġa la darba jintemmu l-verifiki neċċessarji sabiex jitħallas l-ammont dovut li jlaħħaq mas-€70,000.
Il-gvern jemmen fis-sostenibilita’ ta’ kull speċi kif ukoll fis-sostenibilita’ tas-settur.
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990