Left arrow Mur Lura

ISTQARRIJA MILL-KUMITAT MAGĦZUL TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI GĦAR-REGOLAMENTAZZJONI TAL-PROKREAZZJONI MEDIKAMENT ASSISTITA

PR0202
Date Icon 04/02/2010

Il-Kumitat Magħżul tal-Kamra tad-Deputati msejjaħ sabiex jiddiskuti r-regolamentazzjoni tal-prokreazzjoni medikament assistita, immexxi mill-Onor. Jean Pierre Farrugia u magħmul mill-Onor. Francis Agius u l-Onor. Michael Farrugia, javża illi dan il-Kumitat ta bidu għax-xogħol mitlub minnu fit-3 ta’ Frar 2010.

Mozzjoni 113, datata 21 ta’ Ottubru 2009 u mressqa mill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin, l-Onor. Tonio Borg, tindika tlett temi għad-diskussjoni:

1. liema koppji jkunu eliġibbli għas-servizzi tal-prokreazzjoni assistita;

2. il-kwistjoni jekk għandux jiġi permess jew le l-iffriżar tal-embrijuni; u

3. d-donazzjoni ta’ gameti minn terzi persuni.

Sottomissjonijiet bil-miktub relatati mat-tlett temi msemmija hawn fuq għandhom jintbagħtu mill-aktar fis possibbli, u mhux aktar tard mid-19 ta’ Frar 2010, kif ġej:

Is-Segretarja Kumitat Magħżul (Prokreazzjoni Medikament Assistita) Kamra tad-Deputati Il-Palazz Il-Belt Valletta

F’każ illi l-Kumitat ikun jixtieq aktar tagħrif dwar is-sottomissjonijiet, wieħed jista’ jiġi mitlub jagħti xhieda quddiem il-Kumitat waqt id-diskussjonijiet. Għaldaqstant, id-dettalji ta’ min jagħmel is-sottomissjoni għandhom ikunu inklużi.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow