ISTQARRIJA MILL-KUMITAT MAGĦZUL TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI GĦAR-REGOLAMENTAZZJONI TAL-PROKREAZZJONI MEDIKAMENT ASSISTITA
Il-Kumitat Magħżul tal-Kamra tad-Deputati msejjaħ sabiex jiddiskuti r-regolamentazzjoni tal-prokreazzjoni medikament assistita, immexxi mill-Onor. Jean Pierre Farrugia u magħmul mill-Onor. Francis Agius u l-Onor. Michael Farrugia, javża illi dan il-Kumitat ta bidu għax-xogħol mitlub minnu fit-3 ta’ Frar 2010.
Mozzjoni 113, datata 21 ta’ Ottubru 2009 u mressqa mill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin, l-Onor. Tonio Borg, tindika tlett temi għad-diskussjoni:
1. liema koppji jkunu eliġibbli għas-servizzi tal-prokreazzjoni assistita;
2. il-kwistjoni jekk għandux jiġi permess jew le l-iffriżar tal-embrijuni; u
3. d-donazzjoni ta’ gameti minn terzi persuni.
Sottomissjonijiet bil-miktub relatati mat-tlett temi msemmija hawn fuq għandhom jintbagħtu mill-aktar fis possibbli, u mhux aktar tard mid-19 ta’ Frar 2010, kif ġej:
Is-Segretarja Kumitat Magħżul (Prokreazzjoni Medikament Assistita) Kamra tad-Deputati Il-Palazz Il-Belt Valletta
F’każ illi l-Kumitat ikun jixtieq aktar tagħrif dwar is-sottomissjonijiet, wieħed jista’ jiġi mitlub jagħti xhieda quddiem il-Kumitat waqt id-diskussjonijiet. Għaldaqstant, id-dettalji ta’ min jagħmel is-sottomissjoni għandhom ikunu inklużi.Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990