Left arrow Mur Lura

IMNIEDI L-VALLETTA GRAND PRIX HISTORIC & CLASSIC CAR EVENT 2010

PR0201
Date Icon 04/02/2010

Is-Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu, l-Onor. Mario de Marco u s-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport, l-Onor. Clyde Puli, llum wara nofsinhar niedew il-Valletta Grand Prix Historic & Classic Car Event, li se jsir bejn l-4 u d-9 ta’ Mejju li ġej. Din l-attività qed issir mill-Fondazzjoni Valletta Grand Prix. 

F’kelmtejn, is-Segretarju Parlamentari de Marco qal li attivitajiet simili huma mportanti għat-turiżmu tagħna u li l-istrateġija tal-Gvern hija li jkollna kalendarju ta’ attivitajiet dejjem għaddej, aġġornat u nnovattiv. Dawn l-avvimenti huma importanti, mhux biss għalina l-Maltin, imma anke wkoll għat-turisti, u dan mhux biss minħabba l-fatt li meta t-turisti jkunu fostna, qed noffrulhom attivitajiet fejn imorru u jipparteċipaw; imma fuq kollox, għaliex bi programm ta’ attivitajiet ippreparat u mxandar minn qabel, qegħdin noħolqu valur addizzjonali fil-promozzjoni ta’ pajjiżna u nindirizzaw udjenzi partikolari li snin ilu ma konniex nilħqu.

Hu żied jgħid li dan fid-dawl tal-fatt, li dejjem aktar turisti qed jiġu pajjiżna b’mod indipendenti, billi jibbukkjaw minn fuq l-internet u jsibu l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar id-destinazzjoni fejn sejrin, permezz tal-portal tal-MTA: www.visitmalta.com li għandu informazzjoni dettaljata tad-diversi attivitajiet li jsiru f’pajjiżna matul is-sena. B’żieda ma’ dan, l-MTA se tkun qed tippubblika fuljett b’din l-informazzjoni, li mhux biss se jintuża f’Malta, imma anke f’fieri internazzjonali tal-ivvjaġġar.

Dr de Marco temm jgħid li l-istrateġija tagħna f’dan is-settur ta’ turiżmu sportiv timmira sabiex Malta ssir aktar magħrufa għall-faċilitajiet sportivi li toffri f’diversi oqsma u fost l-avvenimenti ta’ preġju li għandna matul is-sena, bħal per eżempju r-Rolex Middle Sea Race.

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport, l-Onor. Clyde Puli semma kif il-ħidma tal-Gvern li jattira Turiżmu Sportiv matul is-sena li għaddiet ħalliet il-frott tagħha hekk kif bi skema apposta, kienu attirati lejn pajjiżna madwar 22,000 bednight. Dan sar billi 22 għaqda sportiva organizzaw xejn anqas minn 35 attività internazzjonali.

Din l-iskema ta’ turiżmu sportiv tgħin, finanzjarjamet u permezz ta’ assistenza teknika, lill-għaqdiet sportivi reġistrati mal-Kunsill Malti għall-Isport (KMS), jagħmlu l-bid tagħhom biex jattiraw avvenimenti sportivi lejn Malta. L-iskema imbagħad tkun aktar attraenti meta tagħti wkoll ammont ta’ ħames ewro (€5) fis-shoulder months u tliet ewro (€3) fil-peak season għal kull bednight li tinġieb Malta mill-għaqdiet sportivi reġistrati mal-Kunsill Malti għall-Isport.

Clyde Puli tenna li wara s-suċċess li nkiseb permezz ta’ din l-iskema matul l-2009, għal din is-sena l-Gvern kompla saħħaħ dan l-investiment billi alloka xejn anqas minn €300,000 biex għaqdiet sportivi jitħajru jtellgħu attivitajiet ta’ turiżmu sportiv, inkluż f’Għawdex.  

Kelliem għall-Fondazzjoni, is-Sur Joe Said qal li l-Fondazzjoni twaqqfet dan l-aħħar bl-appoġġ tal-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta, l-Kunsill Malti għall-Isport u l-Kunsill Lokali Valletta. Hu qal li għal din is-sena l-attività se tkun waħda b’vetturi kemm ta’ sidien lokali u kif ukoll numru ta’ parteċipanti barranin. Dan se jsir permezz ta’ attivitajiet u promozzjoni barra minn Malta għal dan l-avveniment li għandu l-potenzjal li jolqot in-numru kbir ta’ dilettanti f’dan il-qasam. 

Is-Segretarju tal-Fondazzjoni, is-Sur Charles Zahra ta d-dettalji ta’ din l-attività li se tkun tinkludi tiġrija full circuit madwar il-Beltu esibizzjonijiet b’vetturi minn diversi epoki f’diversi inħawi tal-Belt Valletta u l-Floriana, u anke Għawdex

Preżenti għall-Konferenza tal-Aħbarijiet kien hemm ukoll il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta, is-Sur Josef Formosa Gauci, is-Sindku tal-Belt Valletta, Dr Alexei Dingli u s-Sindku tal-Furjana, is-Sur Nigel Holland.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow