Left arrow Mur Lura

KORS LI JWASSAL GĦAL ĊERTIFIKAT TA’ CARE ASSISTANT

PR0200
Date Icon 04/02/2010

Id-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunità qed jerga’ jiftaħ kors ta’ taħriġ teoretiku u prattiku li jwassal għal Ċertifikat ta’ Care Assistant. 

Il-kors li se jibda fit-22 ta’ Marzu 2010 huwa fuq bażi full time għal erba’ xhur. It-taħriġ teoretiku u prattiku jkun mit-Tnejn sal-Ġimgħa. Din hija inizjattiva li għandha twassal lil persuna biex ‘il quddiem tkun tista’ taħdem fil-qasam interessanti tal-anzjani f’pajjiżna.  

L-applikazzjonijiet se jkunu qed jiġu accettati strettament minn nhar it-Tnejn, 8 ta’ Frar 2010 sa nhar l-Ġimgħa, 19 ta’ Frar 2010 bejn id-9.00am u 12.00 nofsinhar u is-2.00 u l-4.00 ta’ wara nofsinhar. Kull applikazzjoni trid tintbagħat (bl-idejn jew bil-posta) lis-Sezzjoni tal-Accounts, Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’, Ċentru Ħidma Soċjali, Triq il-Kbira San Ġużepp, Santa Venera. 

Ma’ kull applikazzjoni importanti li wieħed jinkludi Ċertifikat tal-Kondotta tal-Pulizija, School Leaving Certificate, kif ukoll kopji taċ-Ċertifikati Akkademiċi; flimkien ma’ pagament ta’ € 75, li jingħataw lura jekk il-persuna ma tintgħażilx biex issegwi l-kors.  

Kull min hu interessat jista’ jikseb aktar informazzjoni fuq in-numru telefoniku: 21483113 jew 21441312. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow