SALV GAUCI SE JINĦATAR KUMMISSJONARJU ELETTORALI PRINĊIPALI
Salv Gauci se jinħatar Kummissjonarju Elettorali Prinċipali.
Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi ikkonsulta mal-Kap tal-Oppożizzjoni Joseph Muscat dwar il-ħatra tal-Kummissjonarju Elettorali Prinċipali, skond artiklu 60(3) tal-Kostituzzjoni ta’ Malta.
Salv Gauci twieled Ħal Għargħur fis-6 ta’ Frar 1949. Studja fil-Kulleġġ San Alwiġi, B’Kara u wara ingħaqad fis-Servizz Pubbliku fl-1967.
Hu okkupa diversi karigi fis-Servizz Pubbliku fosthom ta’ Direttur ta’ l-Uffiċċju tal-Budget. F’Awissu 2001, huwa nħatar Direttur Ġenerali fid-Divizjoni tal-Budget fil-Ministeru tal-Finanzi.
Attenda kors fl-Universita’ ta’ Harvard fl-1999, dwar il-budget u l-immaniġġjar tal-finanzi pubbliċi. Tul il-karriera tiegħu fis-Servizz Pubbliku, hu serva fuq diversi bordijiet bħala rappreżentant tal-Gvern u ħa sehem f’diversi konferenzi u laqgħat internazzjonali, fosthom dwar l-iffinanzjar ta’ proġetti kapitali u dwar l-amministrazzjoni tal-fondi pubbliċi, fl-Italja, l-Awstrajla, fis-Saudi Arabja, l-Ingilterra, Brussel u l-Lussemburgu.
Salv Gauci huwa miżżewweġ lil Carmen u għandhom tlett itfal, Franca, Roberta u Giovanni.
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990