Left arrow Go Back

ĦRUĠ TA’ STOCKS TAL-GVERN

PR0187
Date Icon 02/02/2010

L-‘Accountant General’ iħabbar il-ħruġ ta’ €100,000,000 ‘Stocks’ tal-Gvern suġġett għal dritt li jiżdied l-ammont li għandu jinġabar b’massimu ta’ €50,000,000 nhar it-Tnejn 15 ta’ Frar, 2010 kif ġej:-

(i) 3.75% Stock tal-Gvern ta' Malta 2015 (VI), u

(ii) 4.6% Stock tal-Gvern ta' Malta 2020 (II) Fungibility Issue, u

(iii) Stock tal-Gvern ta’ Malta 2013 (V) b’Rata ta’ Mgħax li Tvarja marbuta mal-Euribor tas-sitt xhur,

jew

(iv) f’ammonti mit-tliet Stocks b’valur nominali flimkien ta’ Euro100,000,000.

Il-prezz taż-żewġ Stocks imsemmija f’ (i) u (ii) għandu jiġi stabbilit il-Ħamis, 11 ta’ Frar, 2010. Il-prezz jiġi mħabbar lill-Borża ta’ Malta u ppubblikat fil-ġurnali ta’ kuljum u permezz ta’ Press Release maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni (DOI).

Din il-ħarġa tagħlaq kif ġej, jew aktar kmieni fid-diskrezzjoni tal-‘Accountant General’ :

(i) fil-5.00pm l-Erbgħa 17 ta’ Frar, 2010 għall-applikazzjonijiet minn xi applikant wieħed u/jew applikanti flimkien li ma jeċċedux €100,000 kull persuna, u

(ii) nofsinhar il-Ġimgħa 19 ta’ Frar, 2010 għall-applikazzjonijiet li jkunu magħmulin f’offerti b’irkant. L-ammonti ta’ kull Stock li jiġu allokati lill-applikanti li l-applikazzjoni tagħhom kienet magħmula f’offerti b’irkanti, jiġu immedjatament mgħarrfa sagħtejn wara l-ħin tal-għeluq tal-offerti b’irkant.

Il-formoli tal-applikazzjoni jinkisbu minn u jiġu ddepożitati għand il-Membri kollha tal-Borża ta’ Malta u Provdituri oħra awtorizzati ta’ Servizzi ta’ Investiment. Formoli tal-applikazzjoni jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq il-website tat-Teżor.

Aktar tagħrif dwar dawn l-‘istocks’ jinsab fil-prospetti rispettivi tagħhom kif ukoll fuq il-website tat-Teżor (www.treasury.gov.mt) 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow