DISKUSSI POSSIBBILTAJIET TA’ INVESTIMENT U KUMMERĊ BILATERALI MAĊ-ĊINA
L-opportunitajiet biex jiżdied il-kummerċ bejn Malta u ċ-Ċina u l-potenzjal ta’ investiment taċ-Ċina f’pajjżna f’numru ta’ oqsma, fosthom fl-enerġija li tiġġedded, it-turiżmu u s-servizzi finanzjarji kienu fost is-suġġetti ewlenin tad-diskussjoni waqt laqgћa bejn delegazzjoni Maltija u Ċiniża mmexxija mill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment Tonio Fenech u Viċi Ministru tal-Kummerċ taċ-Ċina Zhong Shan, rispettivament.
Il-Ministru Tonio Fenech saћaq li Malta u ċ-Ċina gћandhom relazzjonijiet kummerċjali tajbin u dan jgћin biex f’pajjiżna jkompli jinћoloq spazju biex in-negozju Malti jimraћ u joћloq opportunitajiet ġodda ta’ xogћol. Huwa fakkar kif proprju ftit tal-jiem ilu kien iffirmat Memorandum of Understanding fil-qasam tas-servizzi finanzjarji li jippermetti li investituri finanzjarji domestiċi Ċiniżi jinvestu f’isem investituri Ċiniżi f’fondi ta’ investiment domiċiljati f’Malta filwaqt li kumpaniji liċenzjati mal-MFSA se jkunu jistgћu jinvestu direttament fiċ-Ċina. Ftehim simili dwar is-settur bankarju mistenni jkun iffirmat fix-xhur li ġejjin.
Il-Ministru Fenech irrefera gћall-EXPO ta’ din is-sena li se ssir fil-Belt ta’ Shanghai, u qal li barra l-preżenza tal-Gvern Malti waqt din il-fiera internazzjonali, Malta se tkun rappreżentata wkoll minn delegazzjoni kummerċjali, bil-parteċipazzjoni ta’ numru ta’ negozjanti Maltin. Dan hu ta’ importanza kbira gћall-pajjiżna meta wieћed iqis il-kobor tas-suq Ċiniż u l-opportunitajiet li jista’ joffri gћal pajjiżna.
Iċ-Ċina llum hija r-raba’ l-akbar ekonomija fid-dinja u t-tielet l-akbar pajjiż f’termini ta’ esportazzjoni. Iċ-Ċina llum hija t-tieni l-akbar imsieћeb kummerċjali tal-Unjoni Ewropea wara l-Istati Uniti u sors importanti ta’ importazzjoni. Min-naћa tagћha, l-UE hija l-akbar sieћeb kummerċjali taċ-Ċina.
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990