Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT DWAR IL-PROĊESS TA’ PRIVATIZZAZZJONI TAT-TARZNA

PR0181
Date Icon 01/02/2010

B’referenza għal ħafna figuri spekolattivi li qegħdin jissemmew f’xi sezzjoni tal-istampa dwar kemm ser idaħħal flus il-Gvern mill-għoti tal-kera tal-faċilitajiet tat-Tarznari u l-bejgħ tal-makkinarju, ta min isemmi li dawn il-figuri huma ‘l bogħod mill-verità.

Filwaqt li f’dan l-istadju, meta n-negozjati għadhom ma nagħlqux, mhux possibbli li jingħataw il-figuri ta’ kemm ser jitħallsu flus u kemm ser isir investiment, irid jingħad li dawn huma ogħla mill-figuri spekolattivi li qegħdin jissemmew. Il-figuri reali jitħabbru fil-Parlament meta dan jintalab biex jawtorizza t-trasferiment tal-art skont il-ligi li tikkontrolla t-trasferiment tal-artijiet tal-Gvern.

Tajjeb jingħad ukoll li m’hu veru xejn li Palumbo SpA, il-preferred bidder għat-Tarzna tat-tiswija tal-vapuri ta’ Bormla għamel xi kundizzjoni li biex jakkwista din il-faċilità jrid ukoll is-Superyacht Yard. Skont it-talba għall-offerti dan ma jistax isir u min jagħmel xi kundizzjoni simili jiġi skwalifikat mil-process.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow