Left arrow Go Back

L-ISPEAKER LOUIS GALEA SE JIGI NOMINAT MEMBRU TAL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI

PR0177
Date Icon 30/01/2010

Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi se jinnomina lill-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati Louis Galea bħala membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

Hu se jieħu post il-Professur Josef Bonnici li serva f’din il-kariga f’dawn l-aħħar ħames snin.

Din hi t-tieni darba li Malta qed tinnomina membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri minn meta pajjiżna ssieħeb fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju 2004.

Louis Galea twieled fit-2 ta’ Jannar 1948.  Gradwa bħala avukat fl-1975.  Hu ġie elett għall-ewwel darba fil-Parlament fl-elezzjoni li saret fl-1976.  Fl-1987 kien elett għat-tielet darba u inħatar Ministru għall-Politika Soċjali u kien responsabbli fost l-oħrajn għal-qasam tas-saħħa, l-anzjani u l-housing.  Wara l-elezzjoni tal-1992 hu inħatar Ministru tal-Intern u l-Izvilupp Soċjali.  Bejn l-1998 u l-2008 serva bħala Ministru responsabbli mill-Edukazzjoni.  Fil-bidu ta’ din il-leġislatura hu inħatar Speaker tal-Kamra tad-Deputati.

Hu mizzewweg lil Vincienne, xebba Zammit u għandu tifel u tliet ibniet.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow