Left arrow Mur Lura

AVVIŻ IMPORTANTI LILL-PAZJENTI DWAR IL-BDIL FIS-SERVIZZ TAĊ-ĊILINDRU TAL-OSSIĠENU

PR0175
Date Icon 29/01/2010

Is-servizz tal-provista tal-ossiġenu li jingħata minn Multigas għan-nom tad-Dipartiment tas-Saħħa ser jintemm mill-31 ta’ Jannar 2010.  Is-servizz mhux ser jibqa’ jingħata minn Multigas wara din id-data. 

Mill-1 ta’ Frar 2010, int mitlub li tirritorna ċ-ċilindru/i vojt/a  l-ispiżerija tal-Isptar Mater Dei matul dawn il-ħinijet: 

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa                8.00 am – 2.00pm
Is-Sibt                                           8.00am – nofsinhar 

Il-pazjenti huma mitluba li jieħdu magħhom il-ftehim inizjalat mad-Dipartiment meta bdew jingħataw dan is-servizz.   

Il-pazjenti li jagħmlu użu mill-ossiġenu, ser jingħataw struzzjonijiet mill-ispiżerija tal-Isptar Mater Dei dwar x’għandhom jagħmlu sabiex ikunu jistgħu jieħdu l-ossiġenu minn għand il-fornitur il-ġdid li hu Poligas Ltd. Hu importanti li l-pazjent l-ewwel jirrikorri l-ispiżerija tal-Isptar Mater Dei sabiex isiru l-arranġamenti meħtieġa. 

Jekk il-pazjenti m’għadhomx jagħmlu użu miċ-ċilindru/i, huma mitluba jirritornaw iċ-ċilindru u l-flowmeter l-Ispiżerija tal-Isptar Mater Dei fil-ħinijiet imsemmija u b’hekk ikunu intitolati għar-rifużjoni tad-depożitu li kienu ħallsu.  Jekk l-isptar jibqa’ ma’ jisma’ xejn mingħand il-pazjenti sal-31 ta’ Marzu 2010, il-pazjenti jitilfu d-dritt għar-rifużjoni tad-depożitu. 

Pazjenti li għandhom bżonn ċilindru tal-ossiġenu ġdid iridu jħallsu d-depożitu sa €93.17 għal kull ċilindru ġdid għand id-ditta Poligas Ltd.

Is-servizz ta’ Emerġenza ser jiġi pprovdut minn Poligas Ltd permezz tal-Ispiżerija tal-Isptar Mater Dei.  Il-pazjenti li jkunu jeħtieġu l-ossiġenu b’mod urġenti wara l-ħin ta’ ftuħ għandhom imorru l-ispiżerija tal-Isptar Mater Dei: 

Numru tat-Telefon (Spiżerija Sptar Mater Dei 2545 7106 (wara l-ħin ta’ ftuħ 6514)

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow