AVVIŻ IMPORTANTI LILL-PAZJENTI DWAR IL-BDIL FIS-SERVIZZ TAĊ-ĊILINDRU TAL-OSSIĠENU
Is-servizz tal-provista tal-ossiġenu li jingħata minn Multigas għan-nom tad-Dipartiment tas-Saħħa ser jintemm mill-31 ta’ Jannar 2010. Is-servizz mhux ser jibqa’ jingħata minn Multigas wara din id-data.
Mill-1 ta’ Frar 2010, int mitlub li tirritorna ċ-ċilindru/i vojt/a l-ispiżerija tal-Isptar Mater Dei matul dawn il-ħinijet:
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa 8.00 am – 2.00pm
Is-Sibt 8.00am – nofsinhar
Il-pazjenti huma mitluba li jieħdu magħhom il-ftehim inizjalat mad-Dipartiment meta bdew jingħataw dan is-servizz.
Il-pazjenti li jagħmlu użu mill-ossiġenu, ser jingħataw struzzjonijiet mill-ispiżerija tal-Isptar Mater Dei dwar x’għandhom jagħmlu sabiex ikunu jistgħu jieħdu l-ossiġenu minn għand il-fornitur il-ġdid li hu Poligas Ltd. Hu importanti li l-pazjent l-ewwel jirrikorri l-ispiżerija tal-Isptar Mater Dei sabiex isiru l-arranġamenti meħtieġa.
Jekk il-pazjenti m’għadhomx jagħmlu użu miċ-ċilindru/i, huma mitluba jirritornaw iċ-ċilindru u l-flowmeter l-Ispiżerija tal-Isptar Mater Dei fil-ħinijiet imsemmija u b’hekk ikunu intitolati għar-rifużjoni tad-depożitu li kienu ħallsu. Jekk l-isptar jibqa’ ma’ jisma’ xejn mingħand il-pazjenti sal-31 ta’ Marzu 2010, il-pazjenti jitilfu d-dritt għar-rifużjoni tad-depożitu.
Pazjenti li għandhom bżonn ċilindru tal-ossiġenu ġdid iridu jħallsu d-depożitu sa €93.17 għal kull ċilindru ġdid għand id-ditta Poligas Ltd.
Is-servizz ta’ Emerġenza ser jiġi pprovdut minn Poligas Ltd permezz tal-Ispiżerija tal-Isptar Mater Dei. Il-pazjenti li jkunu jeħtieġu l-ossiġenu b’mod urġenti wara l-ħin ta’ ftuħ għandhom imorru l-ispiżerija tal-Isptar Mater Dei:
Numru tat-Telefon (Spiżerija Sptar Mater Dei 2545 7106 (wara l-ħin ta’ ftuħ 6514)
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990