Left arrow Go Back

AKTAR MINN 1,000 IMPJIEG FIL-QASAM TAL-ASSIGURAZZJONI: IN-NEGOZJU JIŻDIED B’SITT DARBIET MIS-SĦUBIJA TA’ MALTA FL-UNJONI EWROPEA

PR0163
Date Icon 28/01/2010

Is-settur tal-assigurazzjoni f’pajjiżna, li huwa wieћed mill-pilastri tal-qasam tas-servizzi finanzjarji f’Malta llum iћaddem aktar minn elf persuna, 814 minnhom full-time. Dan qalu l-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment waqt l-inawgurazzjoni tal-uffiċċji l-ġodda tal-kumpanija Atlas f’Birkirkara.

Il-Ministru Tonio Fenech spjega kif in-negozju tal-assigurazzjoni kiber b’sitt darbiet sa mis-sћubija ta’ pajjiżna fl-Unjoni Ewropea. Fil-fatt, il-premiums f’dan is-settur żdiedu minn €116-il miljun gћal €650 miljun. Dan is-settur, li kien iћaddem miegћu ftit aktar minn 600 persuna fl-2004, illum joffri opportunità tax-xogћol lil aktar minn elf persuna, 814 minnhom full-time.

Tonio Fenech qal li dan huwa settur li gawda b’mod partikolari mill-ftuћ tas-swieq ta’ pajjiżna u minn deċiżjonijiet bћas-sћubija fl-Unjoni Ewropea, iż-żona tal-ewro u s-sensiela ta’ ftehim ta’ ћelsien mit-taxxa doppja li pajjiżna ffirma tul l-aћћar numru ta’ snin. Evidenza ta’ dan huwa l-fatt li madwar 80% tan-negozju fil-qasam tal-assigurazzjoni huwa orjentat lejn il-qasam internazzjonali.

Huwa faћћar il-kontribut tal-kumpanija Atlas li hija waћda stabbilita fis-suq lokali u llum tћaddem magћha 134 persuna.

Tonio Fenech ta ħarsa lejn ir-rwol tas-servizzi finanzjarji fil-kuntest ta’ Viżjoni 2015 fejn sostna li l-mira tal-Gvern hija li pajjiżna jkollu industrija b’saħħitha, kompetittiva u diversifikata. “Dan huwa possibbli b’kollaborazzjoni bejn il-Gvern, l-MFSA u l-kumpaniji. Din is-sistema diġà ħalliet riżultati importanti u għalhekk irridu nsaħħu dak li diġà għandna. Min-naħa tagħna se nkomplu ninvestu fl-infrastruttura fiżika, fir-riżorsi umani kif ukoll fl-aspett promozzjonali biex inwasslu din l-industrija lejn il-miri li stabbilejna għall-2015.” 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow