Left arrow Go Back

JITNIEDA PROĊESS TA’ INFORMAZZJONI DWAR IS-SAĦĦA MENTALI

PR0160
Date Icon 28/01/2010

Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’, l-Onor. Mario Galea, nieda sett ta’ seba’ fuljetti b’informazzjoni dwar l-aktar problemi ta’ saħħa mentali komuni f’pajjiżna.

Hu qal li dan huwa pass ieħor li qiegħed jittieħed sabiex tiġi miġġielda l-istigma li sfortunatament iddur ma’ dan is-settur u li twaqqaf persuni milli jieħdu l-kura neċessarja.

Dan il-proċess ta’ informazzjoni jikkumplimenta miżuri differenti li ttieħdu sabiex il-kura għas-saħħa mentali tkun aktar viċin dawk li għandhom bżonnha. Fil-fatt, bis-saħħa tas-servizzi differenti li jingħataw fil-komunita’ 12,000 persuna qed jingħataw kura fil-komunita’ fejn jgħixu u saħansitra fi djarhom.

Is-Segretarju Parlamentari qal li “ħafna drabi naħsbu li aħna qatt mhu se jkollna problema ta’ saħħa mentali, mentri studji internazzjonali juru li raġel minn kull sitta u mara minn kull erba’ jesperjenzaw dipressjoni f’xi punt f’ħajjithom.” L-Onor Galea qal li hemm bżonn li nirrealizzaw li hawn min jista’ jagħti l-għajnuna, u għalhekk huwa importanti li nkunu nafu wkoll minn fejn nistgħu nsibu f’din l-għajnuna.

Il-fuljetti qed jitqassmu f’attivitajiet differenti li jiġu organizzati minn jew fl-Isptar Monte Carmeli u se jkunu wkoll fiċ-ċentri tas-saħħa.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow