FESTA TAĊ-ĊITRU FIL-ĠONNA TAL-PALAZZ TA’ SAN ANTON
Fil-gonna tal-palazz insibu ‘il fuq minn 500 siġra taċ-ċitru fosthom speċi differenti ta’ larinġ. Il-pubbliku se jkollu wkoll aċċess għal parti mill-ġnien privat tal-Palazz. Barra minn hekk, se jkun hemm diversi stands li se jbiegħu larinġ, lumi, mandolin u prodotti relatati maċ-ċitru.
Se jkun hemm ukoll ikel ippreparat mill-Istitut ghall-Istudji Turistici (ITS) bħal ross bil-laring, kif ukoll soppa tal-qargħa ħamra u l-larinġ. Ma jonqosx ukoll ħelu bħal kejkijiet, galettini u qagħaq.
Il-Kunsilli Lokali tal-madwar, Hal Lija, Hal Balzan u H’Attard ukoll se jkollhom stand fejn se jbieghu prodotti magħmulin minn dan il-frott bnin. Naturalment mal-ikel imur ix-xorb u Frott Artna se jħejju xarbiet magħmula mill-frott taċ-ċitru. L-istaff tal-kċina tal-Palazz se jħejju ħobz biz-zejt, te’, kafe’ kif ukoll cakes tal-lumi u l-larinġ.
Matul il-ġurnata ser ikun hemm face painting u attivitajiet oħra interessanti għat-tfal. Il-Festa taċ-Ċitru se tintemm fl-4.00 p.m., b’quddiesa ċċelebrata minn Fr. Raymond Bonnici OFM Cap.
Din il-festa qed issir bl-għajnuna tal-kampanja Naturalment Malti tal-Ministeru għar-Rizorsi u Affarijiet Rurali
Din se tkun l-ewwel attivita’ minn sensiela ta’ attivitajiet li l-Malta Community Chest Fund qed tħejji fil-Kalendarju tagħha għas-sena 2010 u d-dħul kollu se jmur għall-vittmi tat-terremot f’Haiti.
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990