Left arrow Mur Lura

IL-KUMMISSARJU GHOLI AWSTRALJAN F’MALTA TAGHMEL ZJARA TA’ KORTESIJA LIL MR SPEAKER

PR0157
Date Icon 28/01/2010

Il-Kummissarju Għoli Awstraljan f’Malta, l-E.T. Anne Quinane, dalgħodu għamlet żjara ta’ kortesija lill-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati,  l-Onor. Louis Galea, fl-Uffiċċju  tiegħu fil-Parlament. 

Malta u l-Awstralja waqqfu relazzjonijiet diplomatiċi bejniethom sa mill-ewwel jum minn meta Malta kisbet l-Indipendenza f’Settembru 1964.  Minn dakinhar, ir-rabtiet bejn iż-żewġ pajjiżi komplew jissaħħu u, kif stqarret il-Kummissarju Quinane, l-Awstralja tara li hemm ħafna potenzjal x’jiġi żviluppat ġaladarba Malta, pajjiż li huwa membru sħiħ ta’ l-Unjoni Ewropea, tgawdi daqstant stima u għandha ħbiberiji mill-qrib mal-pajjiżi ta’ l-Afrika ta’ Fuq. 

L-iSpeaker irrefera għall-fatt li, għalkemm id-distanza ġeografika taż-żewġ pajjiżi minn xulxin kultant titqies bħala xkiel għall-koordinament tal-isforzi komuni bejniethom, pajjiżna żgur li jista’ jkun mezz effikaċi ħalli juri t-triq lil pajjiżi oħrajn li ma jafux biżżejjed dwar il-karattru Mediterranju kif jistgħu jersqu aktar qrib tas-swieq Ewropej u Afrikani. 

Ħaġa naturali li fil-laqgħa ma’ l-iSpeaker jissemmew ukoll il-Maltin ta’ barra u l-fatt li l-Awstralja tospita l-akbar numru ta’ persuni ta’ dixxendenza Maltija fid-dinja.  Louis Galea fakkar kif dawk il-Maltin li kienu emigraw minn pajjiżna tul is-seklu għoxrin, jinsabu dejjem f’qalb il-Maltin li baqgħu Malta.  Bir-raġun għalhekk li l-iSpeaker  iqis li l-Konvenzjoni għall-Maltin ta’ Barra li se titlaqqa’ f’Marzu li ġej mill-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin Malti, se jkun avveniment importanti li għandu jqajjem l-interess u l-konkorrenza ta’ bosta oqsma tas-soċjetà Maltija. 

Il-laqgħa mal-Kummissarju Għoli Quinane intemmet b’riferenza għall-ħtieġa ta’ kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn il-Parlamenti taż-żewġ pajjiżi.  Mingħajr dubju, il-fatt li kemm Malta kif ukoll l-Awstralja huma t-tnejn stati membri tal-Commonwealth għandu jħeġġeġ lill-Membri Parlamentari taż-żewġ pajjiżi ħalli jgħaqqdu l-isforzi tagħhom f’ħidma komuni għal żvilupp aħjar u titjib fil-qagħda socjali tal-Maltin u tal-Awstraljani. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow