STQARRIJA
PR0152
27/01/2010
Dal-għodu l-pulizija kienet qed tinvestiga l-għibien ta’ pompa li kienet tinstab f’shaft li hemm aċċess għalih mid-dar tal-Prim Ministru u mid-dar ta’ maġenb id-dar tal-Prim Ministru li se titwaqqa’. Din il-pompa tħaddem l-ilma fid-dar tal-familja Gonzi.
Fuq il-post marru l-Pulizija, madanakollu minn investigazzjoni li saret irriżulta li persuna li hi involuta fit-twaqqiegħ tad-dar kienet qalgħet din il-pompa billi ħasbitha li kienet propjeta’ tas-sidien li se titwaqqa’ d-dar tagħhom.
Il-persuna reġgħet stallat il-pompa mill-ġdid.
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990