JISTA’ JITLAQQAM KULĦADD
PR0151
27/01/2010
Is-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunità jħabbar li l-proċess ta’ tilqim kontra l-influwenza A H1N1 se jgħaddi għall-aħħar fażi.
Għalhekk, minn għada l-Ħamis, kull min irid jieħu l-vaċċin jista’ jagħmel dan billi jmur:
Fiċ-Ċentri tas-Saħħa: 2pm – 8pm (kuljum sas-Sibt, 6 ta’ Frar 2010)
Sptar Ġenerali Għawdex : 8am – 1pm (kuljum sas-Sibt, 6 ta’ Frar 2010)
Huwa importanti li kulħadd jieħu miegħu l-Karta tal-Identità.
It-tieni konsenja tal-vaċċin mistennija tasal Malta għada fil-għaxija u se jkun fiha 100,000 doża.
Sa issa 56,550 persuna ħadu t-tilqima.
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990