MALTA U JERSEY JIFFIRMAW FTEHIM DWAR ĦELSIEN MIT-TASSAZZJONI DOPPJA
Fil-25 ta’ Jannar 2010, il-Gvern Malti u l-Gvern ta’ l-Istati ta’ Jersey, iffirmaw ftehim dwar il-Ħelsien mit-Tassazzjoni Doppja u l-prevenzjoni ta’ evażjoni fiskali relatat ma’ taxxa fuq id-dħul.
Il-Kummissarju Għoli ta’ Malta fir-Renju Unit, is-Sur Joseph Zammit Tabona iffirma f’isem il-Gvern Malti u l-Ministru Ewlieni ta’ Jersey, is-Senatur Terry Le Sueur iffirma f’isem il-Gvern ta’ Jersey – waqt ċerimonja li saret fil-Kummissjoni Għolja ta’ Malta f’Londra.
Il-Kummissarju Għoli Joseph Zammit Tabona stqarr li dan il-ftehim huwa strumentali biex ir-relazzjonijiet kummerċjali jkomplu jissaħħu. Huwa zied jgħid li skambju ta’ delegazzjonijiet tal-kummerċ li jistgħu jigu organizzati żgur ser itejbu r-relazzjonijiet kummerċjali bejn Malta u Jersey.
Il-Ministru Ewlieni Le Sueur esprima s-sodisfazzjon tiegħu li ftehim bilaterali bħal dan ġie iffirmat u flimkien mal-Kummissarju Għoli Zammit Tabona, wegħdu l-appoġġ tagħhom biex dan il-ftehim dwar ħelsien mit-tassazzjoni doppja jiġi mplimentat.
Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin, Dr Tonio Borg irrimarka li l-fatt li dan huwa is-sittax il-ftehim ta’ ħelsien minn taxxa doppja fl-aħħar 22 xahar, huwa prova konkreta tal-impenn tal-Gvern sabiex jattira iktar investiment barrani kif ukoll iħeġġeġ lis-sidien tan-negozji Maltin jinvestu iktar.
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990