Left arrow Mur Lura

WIRJA TA’ FOTOGRAFIJA ‘MARSALFORN MAL-MEDDA TAŻ-ŻMIEN’

PR0139
Date Icon 25/01/2010

Is-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, l-Onor Chris Said, fetaħ esebizzjoni ta’ fotografija ’Marsalforn mal-medda taż-Żminijiet’, li inawgurat festival ta’ 3 ijiem – ’Festa San Pawl, Arti, Fidi u Kultura’ fil-lokalità ta’ Marsalforn f’Għawdex. Dan il-festival organizzat mill-Kunsilli Lokali tax-Xagħra u ż-Żebbuġ Għawdex, sar  fi tmiem il-ġimgħa.

Din il-wirja tesponi ’il fuq minn 70 ritratt antik ta’ Marsalforn u kif dan il-villaġġ pittoresk marbut tradizzjonalment mas-sajjieda, nbidel mal-medda taż-żmien għal kif nafuħ illum.

Il-festival ta’ arti, fidi u kultura ttella’ għat-tieni sena konsekuttiva u huwa wieħed minn dawk l-attivitajiet li bbenefikaw mill-iskema ta’ fondi speċjali għal attivitajiet kulturali, mnedija mis-Segretarjat Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni u l-Malta Tourism Authority.

Il-programm inkluda diversi ċelebrazzjonijiet marbuta mal-festa tal-konverżjoni ta’ San Pawl li għaliha hija ddedikata l-kappella ta’ Marsalforn. Dawn kienu jinkludu marċi mill-baned Victory tax-Xagħra u Santa Marija taż-Żebbuġ, festival ta’ korijiet, mixgħela fuq il-Qolla s-Safra u kunċert pop.

Chris Said faħħar l-inizjattiva  taż-żewġ Kunsilli Lokali biex jaħdmu flimkien, b’attività li tagħti ħajja lil Marsalforn fix-xhur tax-xitwa.  Hu ħeġġeġ liż-żewġ Kunsilli Lokali biex jibqgħu jaħdmu flimkien ħalli jkomplu jġibu ‘l quddiem il-lokalità ta’ Marsalforn u qal li Kunsilli Lokali oħra li huma ġeografikament viċin xulxin, għandhom isegwu dan l-eżempju ħalli x-xogħol u l-prodott tagħhom ikun dejjem ta’ livell ogħla.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow