Left arrow Go Back

STQARRIJA TAL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, KULTURA, ŻAGĦŻAGĦ U SPORT

PR0132
Date Icon 24/01/2010

Il-Kap tal-Oppozizzjoni Joseph Muscat ma qalx il-verita’ dwar l-MCAST.  Esponenti tal-Oppozizzjoni regghu qed jitkellmu kontra l-istipendji

Mhux veru dak li allega l-Kap tal-Oppozizzjoni dal-ghodu li “ghandek bzonn 350 ewro biex tirregistra fl-MCAST”.

Il-Partit Laburista fi stqarrija mahruga l-lejla biex jaghti ragun lill-Kap tal-Oppozizzjoni qieghed jipprova jghawweg dak li qal Joseph Muscat stess dal-ghodu.  L-allegazzjoni tal-Kap tal-Oppozizzjoni dal-ghodu kienet li biex tirregistra fl-MCAST, trid thallas.  Bil-kontra ta’ dak li qal il-Kap tal-Oppozizzjoni, l-istudenti li jidhlu l-MCAST, jirregistraw u jistudjaw bla hlas u waqt l-istudji taghhom jinghataw stipendju.  Dawk l-aktar fil-bzonn jiehu aktar mill-istipendju normali.

Minhabba li dal-ghodu Joseph Muscat ma qalx il-verita’, il-lejla l-Partit Laburista fl-istqarrija zeffen l-ezamijiet li jsiru ma’ istituzzjonijiet barranin.  Il-Partit Laburista qieghed jipprova jbengel b’mod zbaljat dak li qal il-Kap tal-Oppozizzjoni dal-ghodu!  Dal-ghodu Joseph Muscat ma tkelllimx dwar l-ezamijiet imma dwar ir-registrazzjoni fl-MCAST.  Il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Zghazagh, Kultura u Sports diga wiegeb dwar l-ezamijiet, nhar il-Gimgha li ghaddiet, madanakollu l-Partit Laburista jibqa’ jirrepeti anki jekk ghandu spjegazzjoni dettaljata.

Studenti li jkunu gejjin minn familji b’diffikulta jinghataw stipendju supplimentari.  Flok €1,068 jinghataw €1,488.  Dan ifisser li studenti li jkunu aktar fil-bzonn jigu mghejuna aktar billi jinghataw €420 ohra.  Barra minhekk l-MCAST jghin lill-istudenti li jkunu jehtiegu ghajnuna addizzjonali billi jghinhom fil-hlas tal-ezamijiet, wara li ssir talba lill-MCAST.

Fi stqarrija l-Ministeru nhar il-Gimgha, diga spejga li “Dawn it-talbiet jinqasmu f’erba’ kategoriji.  Hemm studenti li titħallsilhom il-miżata kollha, oħrajn li jingħataw 75% tal-miżata bi ftehim li l-bqija jħallsuh f’żewġ pagamenti; oħrajn  għandhom arranġament li jħallsu f’erba’ ħlasijiet fuq medda ta’ żmien. Oħrajn ma jikkwalifikawx għal din l-għajnuna skond il-kriterji stabbiliti.”  

Il-Ministeru diga spjega li “din m’hix l-ewwel sena li kien hemm dawn l-arranġamenti u qatt ma kien hemm xi student li baqa’ mingħajr l-opportunita’ li jagħmel l-eżamijiet.” 

Il-Gvern qieghed jghin lill-istudenti b’mod konkret u aktar minn 15,000 zghazugh u zghazugha qed jiehdu l-istipendju.  Dan kuntrarju tal-politika tal-Partit Laburista, li bejn l-1996 u l-1998, taht l-ex ministru Evarist Bartolo, il-Gvern Laburista kien naqqas l-istipendji u ghamel skemi ta’ dejn mal-banek ghall-istudenti u issa diversi esponenti tal-Partit Laburista regghu qed jitkellmu kontra l-istipendji.  Joseph Muscat wara l-elezzjoni generali hatar mill-gdid lil Evarist Bartolo bhala shadow minister tal-edukazzjoni!

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow