STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT
Joseph Muscat b’diskors kontra l-interess tal-ћaddiema u kontra l-interess nazzjonali
Id-diskors li ghamel il-Kap tal-Oppozizzjoni dwar il-privatizazzjoni tat-tarzna u l-valur tal-bejgћ tagћha hu kontra l-interess tal-ћaddiema u kontra l-interess nazzjonali. Joseph Muscat ibbaza l-l-ispekulazzjoni tieghu dal-ghodu dwar id-dhul mill-privatizazzjoni fuq artiklu li deher f’The Malta Today illum.
Hu injora li l-privatizazzjoni tat-tarzna tfisser il-holqien ta’ aktar impjiegi produttivi f’pajjizna. Il-politika tal-Gvern hi li jinholqu aktar impjiegi ghaz-zghazagh u ghall-haddiema. Il-Kap tal-Oppozizzjoni ghal darb’ohra bi kritika superficjali wera li ma jinterressawhx l-opportunitajiet godda ta’ xoghol.
Id-diskors ta’ Joseph Muscat sar f’fażi kruċjali tan-negozjati bejn il-Gvern u x-xerrejja prospettivi tat-Tarzna. Il-proċess ta’ privatizzazzjoni tat-Tarzna, u n-negozjati attwali, huma ta’ importanza kbira gћall-impjegati tat-Tarzna u gћal dawk l-impjiegi li jinћolqu f’din l-azjenda b’rizultat tal-investiment li jsir mis-settur privat.
Gћal Joseph Muscat, l-ispekulazzjoni politika hi aktar importanti mis-suċċess tan-negozjati tal-privatizzazzjoni u mill-ћolqien ta’ aktar postijiet tax-xogћol. Din hi irresponsabbiltà u turi li ma saret ebda bidla mill-Partit Laburista li fil-passat prova jxekkel negozjati ta’ interess nazzjonali bi spekulazzjonijiet ta’ dan it-tip.
Fil-bidu tal-proċess ta’ privatizzazzjoni Joseph Muscat kien sostna li huwa kien kontra li l-art li llum qed tintuża gћat-Tarzna tintuża gћal skopijiet oћrajn u din gћandha tintuża gћat-Tarzna biss. Il-Gvern hareg 4 offerti differenti u mhux wahda, ghall-privatizazzjoni tat-tarzna. L-offerti huma ghall-partijiet differenti. Minkejja li l-Gvern hareg offerti biex il-facilitajiet jibqghu jintuzaw ghall-istess skopijiet Joseph Muscat issa qed joћloq aspettattiva li issa l-Gvern se jkun jista’ jdaћћal minn dan il-bejgћ daqs li kieku aċċetta li l-art tintuża gћal skopijiet oћra. Joseph Muscat mhux qed ikun konsistenti, lanqas ma’ dak li qal hu.
Minkejja l-ostakoli tal-oppozizzjoni li ma ghandha l-ebda politika dwar ix-xoghol, il-Gvern jibqa’ impenjat li johloq ambjent ekonomiku biex jizdiedu l-impjiegi f’pajjizna. L-investiment tal-SR Technik, fejn se jinholqu 350 impjieg gdid u l-investiment f’Hal Ferh fejn is-settur privat se johloq 200 impjieg iehor li thabbru fl-ahhar gimghat huma rizultat tal-politika tal-Gvern favur il-holqien tax-xoghol. Bl-istess moid din il-gimgha l-Gvern habbar skemi favur is-self employed u n-negozji z-zghar biex dawn jinvestu aktar u jimpjegaw aktar u waqt li jaghmlu hekk ihallsu anqas taxxa.
It-Tarzna hija azjenda li gћal żmien twil kienet qed tagћmel telf li kien jaghmel tajjeb ghalih il-poplu bit-taxxi. Bil-privatizzazzjoni it-tarzna, se tkun tista’ terġa’ tibda tagћti kontribut lill-pajjiż u jinholqu opportunitajiet godda ta‘ xogћol gћall-ћaddiema Maltin u Gћawdxin. Bl-aġir irresponsabbli tiegћu, Joseph Muscat jista’ jtellef dawn l-opportunitajiet lill-poplu Malti u Gћawdxi.
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990