Left arrow Mur Lura

STQARRIJA TAL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, KULTURA, ŻGĦAŻAGĦ U SPORT.

PR0127
Date Icon 24/01/2010

Il-Kap tal-Oppozizzjoni ma jghidx il-verita’ dwar l-MCAST, minkejja li nghata l-fatti u prezentazzjoni dwar l-MCAST

Il-Kap tal-Oppozizzjoni Joseph Muscat irid jaghmel l-edukazzjoni tat-tfal u taz-zghazagh ballun politiku u qieghed jghid affarijiet dwar l-edukazzjoni u dwar l-MCAST li ma jkunux minnhom. 

Mhux veru li xi student ghandu bzonn €350 biex jirregistra fl-MCAST, kif allega l-Kap tal-Oppozizzjoni dal-ghodu.   

L-istudenti jidhlu, jirregistraw u jistudjaw fl-MCAST bla hlas, u ghalhekk dak li qal il-Kap tal-Oppozizzjoni li kien hemm xi studenti li kellhom bzonn €350 biex jirregistraw fl-MCAST hi qlajja’ ohra.   L-istudenti tal-MCAST ma jhallsu xejn tal-istudji taghhom, u jinghataw stipendju waqt li jkunu qed jistudjaw. 

L-istudenti tal-MCAST jiehdu €230 fil-bidu tas-sena fl-ismart card u jiehdu €83.86 kull 4 gimghat ghal 10 darbiet; total ta’ €1,068.  Studenti li jkunu gejjin minn familji bi dhul baxx jiehdu €420 aktar u ghalhekk jinghataw €1,488. 

Il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Zghazagh, Kultura u Sports ifakkar li l-ufficjali tal-MCAST ghamlu prezentazzjoni dettaljata lill-Kap tal-Oppozizzjoni Joseph Muscat dwar l-MCAST, fejn illum hemm aktar minn 5,000 student u studenta full-time li ghandhom l-opportunita’ li jistudjaw u  jitharrgu.  F’din il-laqgha Joseph Muscat inghata l-fatti kollha u kellu kull opportunita’ li jaghmel il-mistoqsijiet li jrid.  Mhix serjeta’ l-Kap tal-Oppozizzjoni jivvinta qlajjiet dwar l-edukazzjoni biex jallarma liz-zghazagh u lill-genituri. 

Din mhix l-ewwel darba li l-Ministeru qed jichad dak li jkun qal il-Kap tal-Oppozizzjoni.  Kien hemm diversi okazzjonijiet ohra fejn il-Ministeru wera kif il-Kap tal-Oppozizzjoni ma kienx qed jghid il-verita’ fuq qasam daqshekk importanti.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow