Left arrow Mur Lura

IMNIEDI L-KTIEB DWAR ID-DIMENSJA, “In-Nannu Nesa x’Jisimni”

PR0117
Date Icon 22/01/2010

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita`, l-Onor. Mario Galea nieda ktieb bl-isem ta’ “In-Nannu Nesa X’Jisimni”. L-għan ta’ dan il-ktieb huwa li jispjega l-kundizzjoni tad-dimensja lit-tfal.  Dan il-ktieb qiegħed jitqassam lit-tfal tas-Sitt Sena, kemm fl-Iskejjel tal-Gvern kif ukoll dawk Privati u Indipendenti.                                                                                 

Is-Segretarju Parlamentari qal li l-awtur tal-ktieb, Trevor Zahra, kiteb b’mod li  jappella għat-tfal u li l-ktieb jinkludi wkoll disinji kkuluriti li jgħinu lit-tfal jifhmu aħjar il-messaġġ li qiegħed jitwassal. L-Onor. Mario Galea tenna jgħid li dan il-ktieb jista’ jinqara minn kulħadd u t-tfal stess għandhom jgħadduh lill-ġenituri tagħhom biex huma wkoll isiru aktar konxji dwar id-dimensja.  

Is-Segretarju Parlamentari spjega li l-familja llum il-ġurnata qiegħda tinbidel ukoll. It-tfal saru jqattgħu aktar ħin man-nanniet tagħhom għalhekk permezz ta’ dan il-ktieb it-tfal ikunu jistgħu jifhmu aktar lin-nanniet tagħhom jekk dawn jibdew jinsew ħafna affarijiet, bħal isimhom stess. 

Is-Segretarju Parlamentari Mario Galea temm jgħid li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed jikber l-ammont ta’ persuni li jbatu mid-dimensja.  Dan huwa dovut prinċipalment minħabba l-fatt li qed ngħixu aktar, u allura qed tikber il-popolazzjoni anzjana madwar id-dinja.  F’Malta huwa stmat li hawn madwar 4,500 persuna li jbatu mid-dimensja.  

Il-Ministru għall-Edukazzjoni, Dolores Cristina, faħħret din l-inizjattiva u appellat lill-istudenti kollha biex jaqsmu din l-esperjenza mal-familjari tagħhom. Hija saħqet ukoll li fejn qabel is-suġġett tad-dimensja rari kien ikun diskuss, illum il-ġurnata mhux talli qed ikun diskuss imma qiegħed ikun spjegat lit-tfal permezz ta’ ktieb addattat għalihom. Il-Ministru temmet tgħid li t-tfal għandhom id-dmir li jifhmu u jgħinu lin-nanniet tagħhom kemm jista’ jkun.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow