Left arrow Mur Lura

TQASSIM TA’ FLUS MILL-FOND TAL-ARTI

PR0114
Date Icon 22/01/2010

Il-Ministru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport, l-Onor.  Dolores Cristina u l-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, l-Onor. Tonio Fenech dal-għodu qassmu għall-ewwel darba flus mill-Fond tal-Arti lil 20 artisti li ssottomettew proġetti biex ikunu megħjuna minn dan il-Fond. F’diskors tal-okkażjoni, l-Ministru Cristina fakkret li f’Awissu li għadda tnieda l-Fond tal-Arti. “Ħames xhur wara qegħdin nagħtu l-ewwel għajnuna minn dan il-Fond għal 20 proġett li minnhom se jibbenefikaw mhux biss l-artisti li applikaw, imma ħafna aktar nies li se jibbenefikaw b’mod dirett jew indirett minn dawn il-proġetti.” 

Ma hemm ebda dubju li f’dawn l-aħħar żewġ Budgets, l-impenn tal-Gvern favur il-Kultura kiber sew.  Tħabbru numru ta’ inċentivi fiskali maħsuba biex jgħinu lill-artist Malti, kienu vvutati aktar flus u tnedew ukoll skemi ta’ għajnuna finanzjarja lill-artisti bħalma hu l-Fond tal-Arti li l-lum hi l-ewwel darba li qed jitqassmu flus minnu. Il-Ministru qalet li dawn jinkludu aktar minn tmien miżuri ta’ benefiċċju għall-artisti u kittieba, li dawk involuti f’dan il-qasam jagħmlu sew jekk iħarsu lejhom u jaraw kif jistgħu jibbenefikaw minnhom. 

Il-Gvern hu determinat li jkompli f’din it-triq.  Fi ftit jiem oħra se titħabbar skema ta’ Boroż ta’ Studju għal min irid ikompli jistudja u jispeċjalizza f’xi qasam artistiku.  U biex kollox jintrabat f’qafas sħiħ, se jitnieda għal konsultazzjoni pubblika, dokument ta’ Politika Kulturali Nazzjonali. Din tal-lum hi okkażjoni ta’ ferħ u ta’ ċelebrazzjoni.  Irridu niċċelebraw ma’ dawn l-artisti, fil-parti l-kbira tagħhom żgħażagħ, għaliex il-proġetti li ssottomettew juru l-kapaċita’ artistika u l-ħila kreattiva tat-talent Malti. 

Il-Fond qed jgħin proġetti fil-qasam tal-arti, mużika, drama, kitba, żfin, esibizzjonijiet, folklor, teatru għal persuni b’diżabilita’, films, każini tal-baned, danza, letteratura għat-tfal, festivals u tagħlim tal-mużika. Dawn huma proġetti li barra li juru l-ħila tal-artisti Maltin għandhom ukoll il-kapaċita’ li jressqu udjenzi ġodda lejn forom diversi ta’ attivita’ kulturali.  Ħafna mill-proġetti, barra l-valur artistiku fihom ukoll valur kreattiv.  

Il-kreattivita’ għandha valur kemm kulturali kif ukoll ekonomiku u l-Gvern hu kommess li jagħti spinta kbira biex tkun żviluppata l-Industrja tal-Kreattivita’ f’pajjiżna. Dan kollu jixhed l-impenn qawwi tal-Gvern favur l-arti, il-kultura u l-kreattivita’.  Hu impenn li rridu nkomplu nsostnu fix-xhur u fis-snin li ġejjin.  Hu impenn li għandu jkun garanzija ta’ livell ta’ ħajja aħjar għaċ-ċittadini kollha Maltin u Għawdxin. 

Fl-aħħarnett il-Ministru Cristina ferħet lill-artisti li kkwalifikaw għall-għajnuna minn dan il-Fond filwaqt li ħeġġet lil oħrajn biex jissottomettu proġetti li jkunu ta’ livell u jimmeritahom l-għajnuna.   

Min-naħa tiegħu l-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, Tonio Fenech sostna li l-Fond Malti għall-Arti huwa wieħed minn numru ta' miżuri meħuda f'dawn l-aħħar snin u li se jkomplu jittieħdu sabiex tissaħħaħ l-ekonomija tal-kultura f'Malta u Għawdex, bil-għan li l-gvern jipprovdi l-qafas  regolatorju, u ta' inċentivi neċessarji sabiex jitkattar il-ġid u x-xogħol fil-qasam tal-industriji kulturali u kreattivi.  

“Il-Fond għall-Arti jipprovdi għajnuna diretta lill-artisti u lill-operaturi l-oħra kulturali sabiex jinvesti fl-ideat tagħhom, fl-innovazzjoni u l-kreattivita’ artistika, kif ukoll sabiex jifirxu l-applikazzjoni tal-kreattività fl-oqsma artistiċi li jkunu f'kuntatt dirett u kontinwu mal-udjenzi varji tagħhom”.   

Biex jikkumplimenta dan il-Fond, u sabiex iqegħdu f'qafas sostenibbli u ta' benefiċċju kemm jista' jkun wiesgħa għal kulħadd, il-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment qiegħed ukoll iħejji għat-tnedija, fil-ġimgħat li ġejjin, tal-Working Group li se jkun qed jaħdem fuq l-Ekonomija tal-Kreattivita', hekk kif imħabbar fl-aħħar budget. Dan għandu jwassal sabiex jitfassal l-aħjar qafas possibbli għall-operat ta' intraprizi, kumpaniji, individwi self-employed, u organizzazzjonijiet oħra li huma attivi fl-arti, fil-ħarsien tal-patrimonju, fil-media, u fis-servizzi kreattivi (new media, arkitettura u disinn, fost oħrajn). 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow