Left arrow Mur Lura

IT-TIENI RAPPORT DWAR L-EFFIĊJENZA TAL-KUNSILLI LOKALI GĦAS-SENA 2009

PR0112
Date Icon 22/01/2010

Is-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, l-Onor. Chris Said ħabbar lid-Dipartiment għall-Gvern Lokali għadu kemm ippubblika u qed jippreżenta t-tieni rapport tiegħu għas-sena 2009 li jkopri l-perjodu April – Lulju 2009, u li jagħti analiżi tal-ħidma tal-24 Kunsill Lokali assessjati f’dan il-perjodu, li huma maqsuma f’sittax-il Kunsill Lokali f’Malta u tmien Kunsilli Lokali f’Għawdex. Dan qalu waqt attività f’San Lawrenz, Għawdex – il-lokalità li kisbet l-ewwel post mir-riżultat li nħareġ minn dan ir-rapport.  

Dan huwa s-sitta u erbgħin rapport dwar l-Effiċjenza tal-Kunsilli Lokali li sar sa mit-twaqqif tal-Kunsilli Lokali fl-1993, u jinkludi l-lokalitajiet li għandhom il-funzjoni tat-tindif tax-xtut.  Ir-rapport jagħti analiżi fid-dettal tar-riżultati tal-ispezzjonijiet li saru fil-perjodu April – Lulju 2009, kif ukoll tqabbil mar-riżultati tar-rapport ta’ l-istess perjodu tas-sena ta’ qabel. Jagħti ukoll paragun mal-marka medja attwali tal-Kunsilli Lokali assessjati f’dan il-perjodu.  Is-Segretarju Parlamentari stqarr li minbarra dan ir-rapport, id-Dipartiment għall-Gvern Lokali regolarment jibgħat rapporti dettaljati lill-Kunsilli Lokali biex jgħinuhom itejbu l-ħidma tagħhom.   

Meta tinħadem il-marka medja għal kull Kunsill Lokali fuq il-funzjonijiet kollha li kien assessjat fuqhom f’dan il-perjodu, sitt Kunsilli laħqu jew qabżu l-marka medja ta’ 7.  Dawn huma tnejn f’Malta, Kalkara u Ta’ Xbiex, u erbgħa f’Għawdex, Munxar, San Lawrenz, Xagħra u Żebbuġ.  Tmintax-il Kunsill ma qabżux il-marka ta’ 7.  Dawn huma Valletta, Siġġiewi, Birżebbuġa, Għajnsielem, Marsaskala, Marsaxlokk, Mellieħa, Mġarr, Nadur, Naxxar, Pembroke, Qala, Qrendi, San Ġiljan, San Pawl il-Baħar, Sannat, Sliema u Xgħajra. 

Il-Kunsill Lokali San Lawrenz, kiseb l-ogħla marka medja assoluta ta’ 7×41 u l-anqas marka medja, dik ta’ 5.07 kisibha l-Kunsill Lokali Pembroke.  

Noel Formosa, Sindku ta’ San Lawrenz stqarr li hu sodisfatt bir-riżultat li qed juri li l-ħidma tal-Kunsill qed tħalli l-frott. Hu qal li dan ir-riżultat qed ikompli jinkoraġġixxi lill-kunsill sabiex iħares ‘il quddiem u jkompli jsaħħaħ it-twettiq ta’ xogħlijiet fil-lokalità, għall-benefiċċju tar-residenti u ta’ dawk kollha li jżuru dan ir-raħal.  

Il-klassifika kollha bil-marki medji tal-24 Kunsill Lokali assessjati bejn April u Lulju 2009 tinsab hawn taħt. 

Valletta6.50
Siġġiewi6.94
Birżebbuġa6.28
Għajnsielem6.83
Kalkara7.00
Marsaskala6.42
Marsaxlokk6.21
Mellieħa6.72
Mġarr6.67
Munxar7.21
Nadur6.79
Naxxar6.63
Pembroke5.07
Qala6.95
Qrendi6.73
San Ġiljan6.87
San Lawrenz7.41
San Pawl il-Baħar5.89
Sannat6.71
Sliema6.69
Ta’ Xbiex7.17
Xagħra7.12
Xgħajra6.27
Żebbuġ (Għ)7.11
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow