IL-BORŻA TA’ STUDJU HAROLD SCOREY FIX-XANDIR
Il-borża ta’ studju Harold Scorey tiġi offruta kull sena mill-Gvern Malti bil-għan li jgħolli l-kwalità tal-ġurnaliżmu fix-xena tax-xandir lokali. Hija miftuħa għall-ġurnalisti li jaħdmu fix-xandir jew ġurnalisti aspiranti biex jiżviluppaw is-sengħa tagħhom fil-ġurnaliżmu li għandu x’jaqsam max-xandir. Din il-borża tikkonsisti f’għotja ta’ mhux aktar minn €5,000 u hija ntiża biex tkopri l-ispejjeż kollha, jew parti minnhom, tat-taħrig jew attachment.
Il-borża ta’ studju trid tiġi utilizzata matul l-2010. Bord imwaqqaf apposta jeżamina l-applikazzjonijiet kollha.
Aktar dettalji u formoli tal-applikazzjoni għal din il-borża ta’ studju jistgħu jintalbu mid-Direttorat għall-Operat u Implimentazzjoni ta’ Programmi fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, 13 Triq San Pawl, il-Belt Valletta jew bit-telefon fuq numru 2200 1852 jew permezz tal-e-mail customercare.opm@gov.mt.
Informazzjoni relatata u kopja ta’ din il-formola huma wkoll aċċessibbli fuq is-sit elettroniku tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru https://opm.gov.mt/direttorat-ghall-operat-implimentazzjoni?!=2.
Applikazzjonijiet minn persuni interessati jintlaqgħu fl-indirizz imsemmi hawn fuq sat-30 ta’ April 2010.
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990