KUNĊERT B’RISQ IL-PUTTINU CARES ORGANIZZAT MILL-KUNSILL LOKALI MELLIEĦA
Is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa, l-Onor. Dr Joe Cassar, illum nieda attività oħra organizzata mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa li ser issir fis-5 ta’ Frar 2010, f’gieħ l-organizażżjoni Puttinu Cares.
Dr Cassar sostna dwar l-importanza, kif ukoll l-obbligu li l-Kunsilli Lokali għandhom biex fl-attivitajiet li jorganizzaw, jaħsbu dejjem f’dawk inqas ixxurtjati minna. L-Onor. Joe Cassar fakkar li din is-sena, il-gvern se jippubblika Strateġija Nazzjonali fuq il-Kanċer, kif ukoll se jibda xogħol dalwaqt fuq ċentru ġdid tal-Onkoloġija, biex tingħata l-aħjar kura possibbli lill-pazjenti tal-kanċer hawn Malta.
F’isem il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa, is-sindku Robert Cutajar qal li din hija attività oħra f`kullana ta` attivitajiet li l-kunsill lokali tal-Mellieħa organizza fuq skala nazzjonali. Apparti li se jkun qed jagħmel aċċenn fuq il-mużika, l-iskop filantropiku ser ikun qed jiżboq f`dan il-kunċert. Din ukoll mhix ser tkun l-ewwel okkazjoni fejn il-Kunsill se ikun qed jaħseb f`dawn il-persuni li għandhom bżonn is-support fis-soċjetà Maltija. Fil-fatt waqt Milied Mellieħi li ġie organizzat f`Diċembru li għadda, il-Kunsill Lokali Mellieħa flimkien mal-għaqdiet tal-lokal ġabar is-somma ta’ €5,135 li ġiet ipprezentata waqt ‘L-Istrina’.
Waqt din l-attivita’, tkellmet ukoll il-kantanta Claudia Faniello, li ser tieħu sehem fil-kunċert, li da parti tagħha appellat lill-poplu Malti biex jattendi għal dan il-kunċert u jkun ġeneruz fid-donazzjonijiet tiegħu lejn din il-kawża ġusta.
Fi tmiem l-attivita’, tmint itfal li jinsabu rikoverati fir-Rainbow Ward tal-Isptar Mater Dei ġew ippreżentati b`rigali mill-membri tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa.
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990