Left arrow Go Back

IL-PRODOTTI LOKALI FIL-FIERA INTERNAZZJONALI TA’ BERLIN

PR0099
Date Icon 20/01/2010

Matul din il-ġimgħa ittellgħet ġewwa Berlin il-Fiera Internazzjonali annwali li tiġbor ta’ kull sena mijiet ta’ esebituri minn madwar id-dinja jipromwovu l-proddotti agrikoli tagħhom. Wara assenza ta’ 10 snin Malta din is-sena reġgħet bdiet tipparteċipa f’din il-fiera flimkien ma 56 pajjiż ieħor. B’kollox f’din il-fiera kien hemm mal-1600 esebitur.

Il-parteċipazzjoni ta’ Malta f’din il-fiera, li għaliha attenda wkoll il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali, George Pullicino, kienet tikkonsisiti fi preżentazzjoni ta’ varjeta ta’ prodotti lokali. Għal din il-fiera jattendu ‘l fuq minn 400,000 persuna. B’hekk il-prodott lokali u pajjiżna kienu qed jingħataw publiċita’ f’waħda mill-akbar fieri li tiġbet lejha kemm nies mill-Belt ta’ Berlin kif ukoll ammont kbir ta’ turisti. Uħud minn dawk li żaru l-istand ta’ Malta, urew interess kemm fil-pajjiż kif ukoll fil-prodotti li pajjiżna jiproduċi.

Il-Ministeru qiegħed kontinwament għaddej bil-ħidma tiegħu sabiex jipromwovi l-prodott li hu Naturalment Malti kemm f’Malta kif ukoll barra minn xtutna. Il-prodott lokali li hu frott il-ħidma tal-bdiewa u r-raħħala tagħna huwa frisk u ġenwin. Il-Ministeru għandu l-ħsieb li għas-sena d-dieħla pajjiżna jerġa jipparteċipa f’din il-fiera internazzjonali.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow