Left arrow Go Back

L-AMBAXXATA TA’ MALTA FIL-KAJR TIRREĠISTRA BENEFIĊĊJI MIŻ-ŻONA SCHENGEN

PR0097
Date Icon 20/01/2010

Diġa għaddew sentejn minn meta Malta addottat il-munita ewro u daħlet fiż-żona Schengen. Skond analiżi magħmula mill-Ambaxxata ta’ Malta fil-Kajr, id-dħul fiż-żona Schengen kien ta’ benefiċċju għax naqqas l-ammont ta’ immigranti illegali mill-Eġittu u ħajjar turisti ġenwini biex iżuru Malta.

Fil-perjodu bejn l-2008 u l-2009, l-Ambaxxata Maltija fil-Kajr ħarġet 2,019 viża, żieda ta’ 236 fil-mija meta mqabbla ma’ total ta’ 856 viża fl-2006 u fl-2007. Fost il-persuni li żaru Malta kien hemm diplomatiċi, turisti, studenti, negozjanti, ħaddiema, parteċipanti ta’ konferenzi u professjonisti sportivi.

Qabel ma Malta daħlet fl-Unjoni Ewropea (UE), ċittadini Eġizzjani ma kienux jenħtieġu viża biex jiġu Malta. Iżda wara d-dħul ta’ Malta fl-UE, f’Mejju 2004, u fiż-żona Schengen fil-bidu tal-2008, l-Eġizzjani kellhom jippreżentaw numru ta’ dokumenti u joqgħodu għall-intervista fl-Ambaxxata biex iġibu l-viża.

Grazzi għall-ħidma professjonali tal-uffiċjali tal-Ambaxxata, li jintervistaw u jiċċekkjaw id-dokumenti tal-applikanti, kif ukoll għall-kollaborazzjoni tal-pulizija Maltija, l-immigrazzjoni llegali mill-Eġittu naqset peress li persuni li waqgħu taħt il-kategorija ta’ riskju tal-immigrazzjoni illegali, ma ġewx mogħtija viża.

L-Ambaxxata Maltija fil-Kajr irnexxilha tibni reputazzjoni għall-mod effiċjenti li bih tipproċessa l-applikazzjonijiet għal viża u l-mod dħuli li l-istaff tal-Ambaxxata jagħti lil kulhadd. Permezz ta’ dan u tar-relazzjonijiet pubbliċi li l-Ambaxxata tagħmel, numru ta’ turisti Eġizzjani ta’ kalibru għoli, qegħdin jiġu fl-Ambaxxata ta’ Malta fil-Kajr biex japplikaw għal viża għal Malta.

Dan il-mod effiċjenti, li jirrefletti ukoll l-ospitalita’ Maltija, qed jattira nies li qatt ma wrew interess biex iżuru Malta u Għawdex qabel. Malta qed ikollha l-aqwa riklam hekk kif il-persuni li qegħdin jingħataw viża mill-Ambaxxata qed jirrakkomandaw il-gżejjer Maltin lil sħabom.

Huwa importanti wkoll li jiġi enfassizzat il-fatt illi l-Maltin li xtaqu jikkoperaw ma’ Eġizzjani f’kull qasam kienu megħjuna mill-Ambaxxata. Settur interessanti huwa s-sajd fejn kumpaniji Maltin li riedu jġibu sajjieda Eġizzjani biex jaħdmu fuq il-flotot tagħhom ingħataw kull għajnuna mill-Ambaxxata. L-Ambaxxata ta’ Malta fil-Kajr hija ottimista li t-turiżmu u l-kummerċ għandhom jiżdiedu fix-xhur li ġejjien, speċjalment fis-sajf. Għall-iktar informazzjoni, wieħed/a għandu/a jżur/iżżur il-website tal-Ambaxxata: www.mfa.gov.mt/egypt

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow