INDIRIZZ MILL-ONOR. JOE CASSAR, SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAS-SAĦĦA, FL-OKKAŻJONI TAT-TNEDIJA TAL-‘PUSHING POWER’ MID-DIPARTIMENT TAL-PROMOZZJONI TAS-SAĦĦA U PREVENZJONI TAL-MARD - CYNERGI GYM – 19 TA’ JANNAR 2010
Nixtieq l-ewwel nett nirringrazzja lilkom il-ġurnalisti talli għal darb’oħra għoġobkom tkunu magħna biex twasslu l-messaggi li minn żmien għall-ieħor id-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard jkollu xi jwaslilkom.
Kemm-il darba nsostnu dwar il-bżonn li l-adulti għandhom jagħmlu mill-inqas nofs siegħa kuljum ta’ attivita’ fizika. Kulħadd illum huwa suppost konxju dwar il-benefiċċju ta’ ezerċizzju kuljum li jinkludi fost oħrajn it-tnaqqis ta’ riskju ta’ mard tal-qalb, pressjoni għolja u dijabete tat-tip 2 u anke saħansitra hemm evidenza xjentifika li turi li r-riskju ta’ xi tipi ta’ kanċer, fosthom kanċer tal-musrana, tal-pulmun u tas-sider, jista’ jitnaqqas ukoll.
Illum ser nerġgħu nitkellmu dwar l-importanza ta’ l-attivita’ fiżika; izda din id-darba mhux fuq livell ġenerali. L-attivita’ fizika li tant hi bżonnjuża għal kulħadd….nirrepeti: għal kulħadd, minn tfal ta’ eta’ zgħira sa anzjani u anke nies b’diżabilita’, m’għandiex tieqaf mat-tqala jew wara l-ħlas sakemm l-attivita’ li tipparteċipa fiha tkun ħafifa, bla periklu jew mhix kontra indikata għal saħħtek u fl-aħħar mill-aħħar tħossok komda tagħmilha.
Magħna għalhekk għandna rappreżentant mis-Cynergi u l-Eden Leisure Group biex nitkellmu dwar tipi ta’ eżerċizzji speċjalizzati għall-ommijiet li normalment ikunu għadhom kif welldu t-trabi tagħhom. Tajjeb li ngħid ukoll li dan il-Gvern huwa favur public-private partnerships u għalhekk nirringrazzja wkoll lil din l-azjenda privata li laqgħatna fil-Bay Arena fejn qegħdin ukoll nosservaw dawn l-ommijiet jagħmlu l-ezercizzji fil-preżenza tat-trabi u tfal tagħhom.
‘Pushing Power’ hija l-buzz word li tintuża biex l-ommijiet jieħdu saħħithom lura wara t-tqala. U meta nirreferu għas-saħħa wara t-tqala, ma tiġiniex biss f’moħħna d-dehra jew il-figura u s-saħħa fizika biss, izda hemm ukoll dik mentali – qed nirreferi għall-post natal depression. Huwa stat ta’ fatt li l-attivita’ fiżika speċjalment meta tagħmilha ma’ grupp ta’ nies, tgħinek biex tissoċjalizza billi taqsam l-esperjenzi tiegħek ma’ l-oħrajn u fl-aħħar mill-aħħar tħossok ferm aħjar.
Dawn is-sessjonijiet tal-‘Pushing Power’, jinkludu pakkett ta’ madwar għaxar sessjonijiet li normalment isiru darba fil-ġimgħa filgħodu. Huwa importanti li l-ommijiet jagħmlu eżerċizzji speċjalizzati biex iħaddmu dawk il-muskoli li jkunu ntreħew waqt it-tqala u t-twelid.
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990