Left arrow Mur Lura

IL-FAMILJA …IL-BIERAĦ, ILLUM, GĦADA

PR0089
Date Icon 18/01/2010

Il-bidliet soċjali li qed iseħħu madwarna ta’ kuljum, u l-isfidi u l-opportunitajiet ġodda li s-soċjeta’ qed ikollha tħabbat wiċċha magħhom, qed jjoħolqu aktar diskussjoni fuq ħtiega ċara ta’ politika nazzjonali dwar il-familja.  

Dan se jkun il-bażi ta’ diskussjoni pubblika waqt konferenza nazzjonali mtella’ mill-Ministeru għall-Politika Socjali bit-tema  Il-Familja… il-bieraħ, illum, għada.  Il-Konferenza tiftaħ uffiċjalment nhar il-Ġimgħa 22 ta’ Jannar 2010 u tkompli l-għada s-Sibt 23 ta’ Jannar, matul il-ġurnata kollha.   

Dr. Angela Abela se titratta t-tema tal-Konferenza fejn wara l-preżentazzjoni  tagħha se titpoġġa taħt il-lenti tal-ġurnalista Reno Bugeja u tal-udjenza prezenti.  

Il-Konferenza titkompla bi bdil ta’ esperjenzi fosthom dwar l-effett tat-tkissir tal-familja, l-isfida li titrabba barra mid-dar, il-bilanċ bejn dar u xogħol, u  r-responsabbilta’ ugwali tal-omm u l-missier.  Din il-parti ser titmexxa minn  Ruth Amaira.   Wara nofsinnhar, ikun hemm diversi gruppi ta’ ħidma b’temi li jolqtu lill-familja mill-qrib. Is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Politika Soċjali, Frans Borg jagħlaq b’analizi ta’ dak kollu li jkun ġie diskuss  matul il-jumejn tal-Konferenza.   

Attendenza għal din il-Konferenza huwa bla ħlas, izda min jixtieq jattendi għandhu jirreġistra billi  jċempel 2590 3108/9 u jintbagħtlu l-programm.   

Ħadd ma jitħalla jidħol bla invit.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow