IL-FAMILJA …IL-BIERAĦ, ILLUM, GĦADA
Il-bidliet soċjali li qed iseħħu madwarna ta’ kuljum, u l-isfidi u l-opportunitajiet ġodda li s-soċjeta’ qed ikollha tħabbat wiċċha magħhom, qed jjoħolqu aktar diskussjoni fuq ħtiega ċara ta’ politika nazzjonali dwar il-familja.
Dan se jkun il-bażi ta’ diskussjoni pubblika waqt konferenza nazzjonali mtella’ mill-Ministeru għall-Politika Socjali bit-tema Il-Familja… il-bieraħ, illum, għada. Il-Konferenza tiftaħ uffiċjalment nhar il-Ġimgħa 22 ta’ Jannar 2010 u tkompli l-għada s-Sibt 23 ta’ Jannar, matul il-ġurnata kollha.
Dr. Angela Abela se titratta t-tema tal-Konferenza fejn wara l-preżentazzjoni tagħha se titpoġġa taħt il-lenti tal-ġurnalista Reno Bugeja u tal-udjenza prezenti.
Il-Konferenza titkompla bi bdil ta’ esperjenzi fosthom dwar l-effett tat-tkissir tal-familja, l-isfida li titrabba barra mid-dar, il-bilanċ bejn dar u xogħol, u r-responsabbilta’ ugwali tal-omm u l-missier. Din il-parti ser titmexxa minn Ruth Amaira. Wara nofsinnhar, ikun hemm diversi gruppi ta’ ħidma b’temi li jolqtu lill-familja mill-qrib. Is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Politika Soċjali, Frans Borg jagħlaq b’analizi ta’ dak kollu li jkun ġie diskuss matul il-jumejn tal-Konferenza.
Attendenza għal din il-Konferenza huwa bla ħlas, izda min jixtieq jattendi għandhu jirreġistra billi jċempel 2590 3108/9 u jintbagħtlu l-programm.
Ħadd ma jitħalla jidħol bla invit.
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990