L-EWWEL SEJĦA GĦALL-PROPOSTI TA’ PROĠETTI TAĦT IL-PROGRAMM ITALJA-MALTA 2007-2013
Bħala l-Awtorita’ ta’ Koordinament nazzjonali Maltija tal-Programm Italja-Malta 2007-2013, l-Unita’ tal-Kooperazjoni Territorjali fi ħdan id-Diviżjoni għall-Ippjanar u Koordinazzjoni tal-Prijoritajiet (fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru) qed tinforma l-pubbliku li l-ewwel sejħa għall-proposti ta’ proġetti ordinarji taħt l-Assi I u II kienet mnehdija u se tagħlaq nhar l-Erbgħa, 31 ta’ Marzu 2010.
Din is-sejħa għall-proposti ta’ proġetti hija mmirata għall-għażla ta’ proġetti ordinarji li jgħinu biex jintlaħaq l-għan prinċipali tal-Programm Italja-Malta 2007-2013: “It-tisħiħ tal-ġibda u l-kompetittivita’ taż-żona ta’ bejn il-fruntieri, fi ħdan il-qafas ta’ sostenibbilita’ ambjentali”.
Il-proġetti magħżula se jkunu eliġibbli li jibbenefikaw minn rata ta’ kofinanzjament ta’ 85% (FEŻR). Il-proposti ta’ proġetti kollha għandhom jaqgħu taħt wieħed mill-għanijiet speċifiċi previsti mill-Assi ta’ Prijorita’ I u II:
· Assi I – Kompetittivita’: Riċerka u Innovazzjoni; Żvilupp Sostenibbli
· Assi II – Ambjent, Enerġija u Prevenzjoni tar-Riskji
Il-budget allokat għal din is-sejħa jammonta għal ħmistax-il miljun ewro (85% FEŻR u 15% kofinanzjament), fejn €7,819,149 huma allokati għall-Assi I u €7,180,851 allokati għall-Assi II. Entitajiet interessati għandhom ikunu konxji li kull proposta ta’ proġett għandha tirrispetta dawn il-ħtiġijiet:
· Tkun implimentata minn, mill-inqas tliet imsieħba, fejn mill-inqas wieħed minnhom għandu jkun Taljan u ieħor Malti;
· Tissodisfa mill-inqas żewġ ħtiġijiet tal-Art. 19 tar-Regolament (KE) Nru. 1080/2006: żvilupp konġunt, implimentazzjoni konġunta, ħaddiema konġunti, finanzjament konġunt;
· Ikollha allokazzjoni totali ta’ mill-inqas €300,000 u massimu ta’ €1,500,000;
· Tagħmel enfasi fuq il-karatteristiċi ta’ bejn il-fruntieri, kemm fl-għanijiet tal-attivitajiet, kif ukoll fil-kompożizzjoni tal-isħubija;
· Ikollu terminu massimu ta’ 24 xhar.
Aktar informazzjoni rigward din is-sejħa tista’ tinkiseb mis-sit tal-Programm Italja-Malta 2007-2013 (http://www.italiamalta.eu), is-sit tad-Diviżjoni għall-Ippjanar u Koordinazzjoni tal-Prijoritajiet fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru (http://www.ppcd.gov.mt), jew billi ċċemplu l-Unita’ tal-Kooperazzjoni Territorjali fuq 2200 1867/2200 1164 jew is-Segretarjat Tekniku Konġunt fuq +39 (091) 7070243/066 jew stc.italia-malta@regione.sicilia.it.
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990