IL-ĠLIEDA KONTRA L-EVAŻJONI FISKALI TISSAĦĦAĦ ANKE FUQ LIVELL EWROPEW
Il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment l-Onor. Tonio Fenech, ħalla Malta għall-Brussell, fejn se jipparteċipa għal-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tal-Affarijiet Ekonomiċi u l-Finanzi tal-Unjoni Ewropea (ECOFIN). L-Onor. Tonio Fenech hu akkumpanjat mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, Alfred Camilleri u mir-Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea, Richard Cachia Caruana.
Waqt il-laqgħa, il-Ministru tal-Ekonomija u l-Finanzi ta’ Spanja, li bħalissa għandha l-Presidenza tal-UE, is-Sinjura Elena Salgado, se tippreżenta l-programm ta’ ħidma ekonomika u finanzjarja tal-Presidenza.
Il-Ministri se jiddiskutu wkoll il-kooperazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet fiskali u l-ġbir tat-taxxa, abbozz ta’ ftehim kontra l-frodi mal-Liechtenstein u mandat biex jintlaħaq ftehim simili ma’ Andorra, Monaco, San Marino u l-Isvizzera. Dan għandu jikkumplimenta miżuri intiżi li jiġġieldu l-evażjoni tat-taxxa mdaħħla bħala emendi għal-liġi dwar l-IncomeTax imressqa fil-Parlament bħala parti mill-Att li jimplimenta l-miżuri tal-Budget 2010.
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990