STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA U L-INTERN
PR0072
15/01/2010
Kif kien tħabbar nhar il-Ħamis, 7 ta’ Jannar 2010, il-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern, illum fil-Gazzetta tal-Gvern ippubblika l-Avviż Legali nru. 35 tal-2010 fejn hemm stabbilit li nhar l-10 ta’ Frar 2010 ser ikun qegħdin jidħlu fis-seħħ l-artikoli 355AT, 355AU, u l-paragrafi (b) u (c) tas-subartikolu (2) u s-subartikoli (3) u (4) tal-artikolu 355AX tal-artikolu 74 tal-Att tal-2002 li jemenda l-Kodiċi Kriminali (Att II tal-2002) li permezz tagħhom ai termini ta’ dawn l-artikoli, persuni arrestati li jkunu ser jiġu nterrogati mill-Pulizija jistgħu jitolbu li jikkonsultaw avukat jew prokuratur legali qabel jibda l-interrogatorju.
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990