KORSIJIET QOSRA ĠODDA GĦALL-ADULTI
Lejn l-aħħar ta’ Frar, ser jingħata bidu għal numru ta’ korsijiet qosra mmirati għall-adulti. Dawn il-korsijiet qosra se jsiru fiċ-Ċentru għat-Tagħlim Tul il-Ħajja fl-Imsida u huma organizzati mid-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja tal-Ministeru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport.
Il-Korsijiet differenti huma f’dawn is-suġġetti:
· “Drittijiet taċ-Ċittadin” (kull nhar ta’ Tnejn);
· “Suċċess fil-Ħajja” (kull nhar ta’ Tnejn);
· “Apprezzament tal-Letteratura Ingliża” (kull nhar ta’ Tlieta);
· “Nevitaw il-Periklu” (kull nhar ta’ Tlieta);
· “Id-Dritt tal-Konsumatur” (kull nhar ta’ Erbgħa);
· “Il-Filosofija f’Malta” (kull nhar ta’ Erbgħa);
· “It-Trattament lill-Klijent” (kull nhar ta’ Ħamis);
· “Il-Psikologija fis-Saħħa Personali” (kull nhar ta’ Ħamis).
Nies ikkwalifikati se jmexxu dawn il-korsijiet mifruxa fuq 10 gimgħat. Kull sessjoni tibda fis-6.00 p.m.
Ir-reġistrazzjoni għal dawn il-korsijiet trid issir sa nhar il-Ġimgħa 5 ta’ Frar 2010. L-applikazzjonijiet jinkisbu minn fuq is-sit elettroniku (www.education.gov.mt/shortcourses.htm) jew akkwistati minn Kamra Nru. 320, Direttorati għall-Edukazzjoni, Floriana. Hemm ħlas ta’ €18.63 ma’ kull reġistrazzjoni. F’każ ta’ diffikulta, wieħed jista’ jċempel fuq in-numru 2598 2444 jew free phone 1571.
Dettalji ta’ kull kors jinkisbu mis-sit elettroniku (www.education.gov.mt/shortcourses.htm).
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990