Left arrow Mur Lura

IL-BRIGADIER CARMEL VASSALLO QEDA DMIRU B’DEDIKAZZJONI U SERJETÀ

PR0065
Date Icon 15/01/2010

Dal-għodu l-Kap Kmandant tal-Forzi Armati ta’ Malta, il-Brigadier Carmel Vassallo għamel żjara lill-Prim Ministru Lawrence Gonzi fil-Berġa ta’ Kastilja, fi tmiem il-kariga tiegħu u l-karriera tiegħu fil-Forzi Armati ta’ Malta.   

Waqt iż-żjara, il-Prim Ministru Lawrence Gonzi qal li “F’din l-okkażjoni tal-lum nixtieq nirringrazzja u nuri rikkonoxximent lill-Brigadier Carmel Vassallo tal-esperjenza li qsamna flimkien kemm ilni Prim Ministru.  Tul iż-żmien li mexxa l-Forzi Armati ta’ Malta, il-Brigadier Carmel Vassallo qeda din il-pożizzjoni ta’ responsabbilta’ b’dedikazzjoni, lealtà, serjetà u professjonalità.” 

Il-Prim Ministru kompla jgħid li “Meta xi ħadd ikun f’pożizzjoni ta’ responsabbiltà bħalma kien fiha l-Brigadier Carmel Vassallo, tgħaddi minn mumenti ta’ diffikultajiet u tensjoni u proprju f’dan il-mument ħareġ il-karattru b’saħħtu tal-Brigadier li rrifletta fuq l-Armata kollha kemm hi.” 

Carmel Vassallo laħaq Kap Kmandant tal-Forzi Armati ta’ Malta f’Marzu 2004.  Hu daħal fil-Forzi Armati ta’ Malta fl-1 ta’ Mejju 1976.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow