IL-BRIGADIER CARMEL VASSALLO QEDA DMIRU B’DEDIKAZZJONI U SERJETÀ
Dal-għodu l-Kap Kmandant tal-Forzi Armati ta’ Malta, il-Brigadier Carmel Vassallo għamel żjara lill-Prim Ministru Lawrence Gonzi fil-Berġa ta’ Kastilja, fi tmiem il-kariga tiegħu u l-karriera tiegħu fil-Forzi Armati ta’ Malta.
Waqt iż-żjara, il-Prim Ministru Lawrence Gonzi qal li “F’din l-okkażjoni tal-lum nixtieq nirringrazzja u nuri rikkonoxximent lill-Brigadier Carmel Vassallo tal-esperjenza li qsamna flimkien kemm ilni Prim Ministru. Tul iż-żmien li mexxa l-Forzi Armati ta’ Malta, il-Brigadier Carmel Vassallo qeda din il-pożizzjoni ta’ responsabbilta’ b’dedikazzjoni, lealtà, serjetà u professjonalità.”
Il-Prim Ministru kompla jgħid li “Meta xi ħadd ikun f’pożizzjoni ta’ responsabbiltà bħalma kien fiha l-Brigadier Carmel Vassallo, tgħaddi minn mumenti ta’ diffikultajiet u tensjoni u proprju f’dan il-mument ħareġ il-karattru b’saħħtu tal-Brigadier li rrifletta fuq l-Armata kollha kemm hi.”
Carmel Vassallo laħaq Kap Kmandant tal-Forzi Armati ta’ Malta f’Marzu 2004. Hu daħal fil-Forzi Armati ta’ Malta fl-1 ta’ Mejju 1976.
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990