Left arrow Go Back

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ U SPORT CLYDE PULI, IŻUR XOGĦLIJIET TA’ MMODERNIZZAR U MANUTENZJONI ESTENSIVA FIL-KUMPLESS SPORTIV TAL-QROQQ

PR0056
Date Icon 14/01/2010

“Matul l-aħħar sena, l-investiment fil-Kumpless Sportiv ta’ Tal-Qroqq laħħaq il-€550,000, bl-ispiża prinċipali tintefaq fuq il-Pixxina Nazzjonali li mistennija terġa tiftaħ għall-użu tal-pubbliku minn nhar it-Tnejn li ġej, kif kien skedat.”  

Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport, l-Onor. Clyde Puli, waqt żjara li għamel fil-Pixxina Nazzjonali waqt li għaddejjin xogħlijiet ta’ mmodernizzar.  

Is-Segretarju Parlamentari qal li x-xogħlijiet f’dan il-kumpless matul is-sena li għaddiet kien jikkonsisti fl-estensjoni tal-Fitness Centre, xogħol strutturali, installazzjoni ta’ CCTV Cameras u rranġar tal-Isquash Courts. F’Novembru li għadda, ingħata bidu għall-programm sħiħ ta’ xogħlijiet fil-pixxina li varja minn xogħlijiet strutturali, xogħol fuq sistema ġdida ta’ drenaġġ, ilma trattat, showers ġodda kif ukoll bdil ta’ filters u heat exchangers. 

L-Onor. Clyde Puli sostna li dawn ix-xogħlijiet qed isiru biex il-kwalità ta’ servizz li toffri din il-pixxina tkompli tiżdied. Hu qal li x-xogħol qed isir bi skeda intensiva biex l-operat tal-pixxina jirritorna għan-normal malajr kemm jista’ jkun.  

Dan qed isir ukoll fil-waqt li l-isportivi u l-ġenituri li jibgħatu t-tfal tagħhom f’din il-faċilità jserħu rashom li l-livell tal-ilma ikun wieħed ta’ kwalità, ħieles minn kull periklu ta’ infezzjoni u mard. L-iskeda ta’ xogħlijiet kif ippjanata, mistennija tintemm f’Marzu iżda mhux mistenni li dawn ix-xogħlijiet itellfu lil dawk li jagħmlu użu mill-pixxina. 

Is-Segretarju Parlamentari fakkar ukoll li l-Kumpless Sportiv ta’ Tal-Qroqq jiswa’ lill-Gvern mal-€1,700,000 fis-sena fi spiża rikorrenti. Fost l-akbar sfidi li għandha l-pixxina huwa t-tisħin matul ix-xhur kesħin tax-xitwa. Matul dan l-istaġun, it-temperatura trid tinżamm fil-livell ta’ 26.5 grad Celsius. Dan il-proċess ifisser spiża ta’ madwar €600,000 fis-sena. Minkejja dan, il-prezzijiet għall-użu tal-pixxina huma eċċezzjonalment issussidjati.

Is-Segretarju Parlamentari Clyde Puli qal li minħabba li l-Pixxina kienet magħluqa għal dawn l-aħħar ġimgħat, il-Kunsill Malti għall-Isport bi ftehim mal-ASA,  kera l-pixxina li tinsab fil-Kumpless Sportiv tal-MFA biex it-tim nazzjonali tal-Waterpolo ikun jista’ jkompli bit-taħriġ tiegħu minħabba impenji internazzjonali li għandu barra minn xtutna fil-jiem li ġejjin.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow