A H1N1 - JIBDEW JITLAQQMU T-TFAL
Is-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’ jħabbar li l-proċess ta’ tilqim kontra l-Influwenza A H1N1 baqa’ għaddej u se jimxi għall-fażi li jmiss.
B’seħħ minn għada, il-Ħamis 14 ta’ Jannar, se jkunu jistgħu jitlaqqmu wkoll tfal li għandhom minn 6 xhur sa 5 snin.
Tfal ta’ din l-eta’ huma meqjusa bħala l-grupp l-aktar vulnerabbli li jmiss. Għaldaqstant il-ġenituri huma mħeġġa biex imorru f’xi Ċentru tas-Saħħa jew l-isptar Ġenerali t’Għawdex biex ilaqqmu lit-tfal.
Il-Ħinijiet li fihom jista’ jitlaqqam kull min hu eliġibbli issa huma:
| Mit-Tnejn sas-Sibt - | Mill-10.00 a.m. sas-1.00 p.m. Mit-3.00 p.m.sas-7.00 p.m. |
| Sptar Ġenerali Għawdex - | Mit-8.00 a.m. sas-1.00 p.m. |
Huwa importanti li t-tfal ikunu akkumpanjati minn ġenitur. Jekk dan mhux possibli, min jakkumpanja lit-tfal irid jieħu nota miktuba minn ġenitur u kopja tal-karta tal-identita’ tal-ġenitur. Trid tiġi ppreżentata wkoll il-karta jew ktieb tat-tilqim (Immunisation Record Card).
Sal-bieraħ filgħaxija kienu tlaqqmu total ta’ 46,928 persuna.
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990