Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GHAR-RIZORSI U AFFARIJIET RURALI: L-ASSOCJAZZJONI RAMBLERS TIBQA' TGHAWWEG IL-FATTI

PR0041
Date Icon 11/01/2010

Mill-istqarrija tar-Ramblers’ Association, maħruġa illum, jidher ċar li din l-assoċjazzjoni ma qratx tajjeb dak li ppubblika l-Ministeru bi tweġiba għall-ittra tal-Assoċjazzjoni Ramblers mibgħuta mis-Sur Alex Vella, Segretarju tal-istess assoċjazzjoni.

Mal-istqarrija, il-Ministeru ppubblika żewġ artikli:

1) l-artiklu tal-Ministru Pullicino ppubblikat fil-5 ta’ Ġunju 2005,

2) l-artiklu tas-Sunday Times tat-29 ta’ Mejju 2005, li għalih irrefera l-Ministru Pullicino fl-artiklu tiegħu ftit ġranet wara. Dan l-artiklu juri ċar għal liema żvilupp il-Ministru Pullicino kien qed jirreferi, tant li dak in-nhar,  ir-Ramblers’ Association kienet ukoll ipparteċipat fi protesta kontra dak li allegatament kien se jinbena fil-Baħrija.

Minkejja dan,  ir-Ramblers’ Association qegħda tibqa’ tipprova tgħawweġ il-fatti.

Il-proċess li biħ jinħarġu l-permessi mill-MEPA huwa wieħed stabbilit, magħruf u miftuħ. Bl-ebda mod ma jista’ jingħad li xi ħadd ma jkunx jaf x’applikazzjonijiet daħlu għand il-MEPA. Apparti dan, l-Assoċjazzjoni Ramblers imissha taf ukoll x’inizjattivi ħa l-Gvern, anki meta l-MEPA kienet għada tifforma parti mid-dekasteru tal-Ministru Pullicino, biex ikun hemm aktar aċċess għall-informazzjoni fuq applikazzjonijiet ta’ żvilupp.

Għalhekk huwa ta’ għajb li r-Ramblers’ Association għada qed tipprova tinqeda b’kitba tal-Ministru Pullicino li hija irrelevanti mal-messaġġ li l-istess Ramblers’ Association  qegħda tipprova twassal.

Il-Gvern huwa sod fil-prinċipji tiegħu u se jkompli jħalli f’idejn l-Awtoritajiet kompetenti għall-ħruġ tal-permessi skond il-liġi stabbilita.

Hija r-Ramblers’ Association li qegħda tikkontradixxi lilha nnifisha. Bl-istqarrija tagħha, ir-Ramblers’ Association illum qed tippretendi li l-Ministru Pullicino kellu jintervjeni biex ma jinħariġx permess.

Ir-Ramblers’ Association qed tipproponi ndħil dirett mill-gvern fil-proċess tal-applikazzjonijiet. Dan jikkuntrasta mal-kummenti li daħħlu l-NGO’s infushom fil-proċess tar-riforma tal-MEPA, meta pproponew li m’għandhomx jiżdiedu l-poteri tal-Gvern fit-teħid tad-deċiżjonijiet.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow