L-OPPOŻIZZJONI TIPPREŻENTA MOZZJONI WARA LI L-MINISTRU TAL-ĠUSTIZZJA U L-INTERN QAL PUBBLIKAMENT LI L-EMENDA SE TIDĦOL FIS-SEĦĦ
Il-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern Carm Mifsud Bonnici diġà ddikjara, il-ġimgħa li għaddiet, li l-Artiklu 355AT li jipprovdi għall-assistenza legali se jidħol fis-seħħ.
L-Oppożizzjoni ppreżentat il-mozzjoni tagħha llum, propju għaliex taf li l-emenda se tidħol fis-seħħ. Li din l-emenda se tidħol fis-seħħ ixxandret nhar il-Ħamis li għadda fuq il-PBS f’intervista li ta l-Ministru Carm Mifsud Bonnici. Għalhekk l-Oppożizzjoni ppreżentat il-mozzjoni wara li l-Ministru qal pubblikament li din l-emenda se tidħol fis-seħħ.
Il-Ministeru jiddikjara wkoll li flimkien ma’ din l-emenda, il-Gvern qed jaħdem biex isaħħaħ il-Pulizija fl-investigazzjonijiet li jsiru, fosthom billi jinxtara apparat tad-DNA. Il-proċess għax-xiri diġà beda.
Il-Ministeru se jagħmel ukoll proċess intern ta’ diskussjoni dwar l-investigazzjoni u l-proċess kriminali.
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990