Left arrow Mur Lura

AVVIŻ PRELIMINARI DWAR SEJĦA GĦAL PROPOSTI TA’ PROĠETTI TAĦT IL-FOND EWROPEW GĦALL-IŻVILUPP REĠJONALI (FEŻR)

PR0038
Date Icon 11/01/2010

Id-Diviżjoni għall-Ippjanar u l-Koordinazzjoni tal-Prijoritajiet (PPCD) fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, tixtieq tgħarraf li fil-ġimgħat li ġejjin se tniedi sejħa għal proposti ta’ proġetti li se jkunu parzjalment iffinanzjati mill-Unjoni Ewropea taħt il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) 2007-2013. 

Applikanti eliġibbli se jkunu mistiedna jibagħtu l-applikazzjonijiet tagħhom għal proġetti li jaqgħu taħt l-Assi ta’ Prijorità li ġej tal-Programm Operattiv I ‘Ninvestu fil-Kompetittività għall-Kwalità ta’ Ħajja Aħjar’. 

Assi ta’ Prijorità 2: Il-Promozzjoni ta’ Turiżmu Sostenibbli

Settur: Żvilupp tal-Prodott u Żvilupp ta’ swieq turistiċi partikulari u speċifiċi u Branding- Sejħa ristretta għal interventi minn Kunsilli Lokali f’dawk iż-Żoni Turistiċi ta’ prijorità kif indikati fid-dokument ‘Tourism Policy for the Maltese Islands 2007 – 2011’. L-għan tas-sejħa se tkun biex jittejjeb l-ambjent fiżiku bħala parti mill-prodott turistiku Malti. Il-proġetti għandhom juru b’mod ċar il-benefiċċju dirett tal-intervent fuq l-industrija tat-turiżmu fil-lokalità. It-total indikattiv tal-allokazjoni finanzjarja għal din is-sejħa huwa ta’ € 2 miljuni.

Is-sejħa nnifisha kif ukoll in-notifikazzjoni dwar Sessjonijiet ta’ Informazzjoni relatati se jiġu ppubblikati fil-ġimgħat li ġejjin fuq il-midja lokali u fuq il-paġna elettronika tal-PPCDwww.ppcd.gov.mt/calls_all.  Il-Formoli tal-Applikazzjoni u d-dokumentazzjoni relatata mas-sejħa se jkunu aċċessibli fuq din l-istess paġna. 

Aktar informazzjoni u dokumentazzjoni ġenerali jistgħu jinkisbu minn fuq is-sit elettroniku tal-PPCDwww.ppcd.gov.mt jew mis-Servizz ta’ Għajnuna online tal-PPCD: info.ppcd@gov.mt

Dan huwa avviż preliminari li qed isir sabiex jagħti żmien biżżejjed għat-tħejjija tal-proġetti.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow