Left arrow Mur Lura

XOGĦLIJIET TA’ TOROQ F’MARSALFORN

PR0033
Date Icon 09/01/2010

Il-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ Għawdex jinsab għaddej b’xogħol estensiv fuq numru ta’ toroq fil-lokalità ta’ Marsalforn.  Dan ix-xogħol qed isir matul dawn ix-xhur tax-xitwa sabiex kollox ikun lest għas-Sajf meta din il-lokalità ssir waħda mill-attrazzjonijiet prinċipali tal-gżira Għawdxija u tilqa’ fiha eluf ta’ turisti lokali u barranin. Ix-xogħol li qed iwettaq il-Kunsill Lokali qed isir bl-għajnuna sħiħa tas-Segretarjat Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru permezz ta’ fondi mogħtija lill-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ minn waħda mill-iskemi tal-2009.

Waqt żjara li għamel fuq dawn ix-xogħlijiet, is-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni Chris Said dar diversi toroq li għaddej ix-xogħol fuqhom.  Sadanittant is-Sindku taż-Zebbuġ Charles Saliba u l-perit tal-Kunsill Lokali Edward Scerri, taw dettalji dwar it-toroq li ġew miksija bit-tarmak fl-aħħar snin, it-toroq li ngħataw l-ewwel kisja tarmak, jiġifieri l-bajjiet tal-Qbajjar u x-Xwejni u Triq Barda, u dawk li x-xogħol fuqhom għadu kif beda, jiġifieri Triq il-Wied, Triq il-Forn u Triq Santa Marija.

Chris Said semma kif matul il-laqgħat ta’ konsultazzjoni dwar it-tiġdid tal-kunsilli lokali, l-indafa u l-istat tat-toroq kienu suġġett għall-akbar numru ta’ lmenti mir-residenti.  Għalhekk huwa għaqli ħafna li l-kunsilli lokali jagħtu priorità lill-istat tat-toroq speċjalment f’postijiet li mhux biss iservu lir-residenti iżda jilqgħu ukoll numru ta’ turisti. It-turiżmu huwa l-fulkru tal-ekonomija tal-pajjiż u t-toroq jiffurmaw parti importanti mill-prodott ħolistiku tal-bliet u rħula Maltin u Għawdxin.

Chris Said qal li l-Gvern jagħraf l-importanza ta’ dan u għal din is-sena l-allokazzjoni diretta biex il-kunsilli lokali jwettqu xogħlijiet fuq toroq se titla’ għal 5.2 miljun Euro. Dawn il-fondi se jkunu ringfenced sabiex ikun aċċertat li fil-fatt jintefqu fuq it-toroq.  Permezz ta’ dan il-fond huwa stamt li matul l-2010 isiru madwar 170 triq residenzjali madwar Malta u Għawdex.

Biex ikompli jinċentiva lill-kunsilli lokali jwettqu xogħlijiet fuq toroq residenzjali, il-Gvern emenda l-liġi tal-kunsilli lokali u introduċa fond ta’ miljun Euro li se jgħin lill-kunsilli jidħlu f’public private partnerships ma’ kuntratturi privati.  Permezz ta’ dawn il-public private partnerships il-kuntratturi privati mhux biss iwettqu xogħlijiet fuq toroq residenzjali iżda jibqgħu responsabbli għall-manutenzjoni tagħhom għal għaxar snin.

Is-Segretarju Parlamentari Chris Said qal li huwa maħsub li permezz ta’ dan il-fond il-kunsilli se jwettqu bejn 8 miljun Euro u 10 miljun Euro f’xogħlijiet fuq toroq residenzjali. Dawn ix-xogħlijiet ma jinkludux dak ix-xogħol li se jsir permezz tal-fondi allokati direttament, jiġifieri 5.2 miljun Euro għall-2010.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow