IL-GVERN ISEJJAĦ LAQGĦA MAL-MALTA UNION OF TEACHERS
Il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, l-Onor. Tonio Fenech stieden lill-Malta Union of Teachers għal laqgħa nhar l-20 ta’ Jannar 2010 biex fiha jinforma lill-istess Union bil-pożizzjoni tal-Gvern wara eżami bir-reqqa li l-Gvern għamel tas-sitwazzjoni tal-gradi kollha mhux biss tal-għalliema, iżda tal-ħaddiema kollha fis-servizz pubbliku.
Fl-istess ittra, l-MUT kienet imfakkra li minkejja li riċentement din sostniet li kien hemm nuqqas ta’ komunikazzjoni bejnha u l-Gvern minn wara Ġunju 2009, fil-fatt kienet saret laqgħa bejn il-Joint Negotiating Team u l-MUT fid-9 ta’ Novembru fejn din tal-aħħar kienet infurmata f’liema stadju kien wasal il-proċess.
Il-proċess li kien wiegħed li se jwettaq il-Gvern issa huwa komplut u l-MUT se tkun infurmata b’dawn ir-riżultati f’din il-laqgħa tal-20 ta’ Jannar.
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990