Left arrow Go Back

SKEMA TAL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX TISSARRAF FIR-RESTAWR TA’ NUMRU TA’ RDIEDEN TAR-RIĦ TRADIZZJONALI

PR0021
Date Icon 07/01/2010

Il-Ministeru għal Għawdex irrifonda tmintax-il persuna Għawdxija li matul l-2009 għamlu xogħol ta’ restawr fuq rdieden tar-riħ li għandhom fl-għelieqi tagħhom. Dan ix-xogħol kien relatat ma skema li nieda l-Ministeru għal Għawdex bħala inizjattiva marbuta mal-viżjoni eko-Għawdex f’Mejju 2009. L-għajnuna li ngħatat tirrappreżenta 75% tal-ispejjeż marbuta max-xiri ta’ tagħmir u xogħol konness mar-riabilitazzjoni tal-makkinarju jew l-istruttura ta’ l-irdieden. 

L-iskema, li ġiet ko-ordinata mid-Direttorat għall-Proġetti u Żvilupp fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, kienet intiża li tivvaluta tradizzjoni prattika ta’ l-applikazzjoni ta’ l-użu ta’ enerġija rinnovabbli u li tippromwoviha bħala miżura tradizzjonali sostenibbli li għadha valida anke fiż-żminijiet ta’ llum. Dan ukoll fil-kuntest tal-viżjoni eko-Għawdex li tfittex li tassigura żvilupp sostenibbli għal gżira anke permezz ta’ promozzjoni attiva u valorizzar ta’ prattiċi tradizzjonali tajbin li jgħinu biex dan il-wirt tradizzjonali jiġi mħares.  

Waqt il-preżentazzjoni tal-għotjiet, il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono, spjegat kif din kienet waħda mill-ewwel inizjattivi meħuda mill-Ministeru għal Għawdex fir-rigward ta’ dik li ser tkun il-ħidma biex Għawdex isir gżira ekoloġika. Il-Ministru spjegat li din il-ħidma hija ndirizzata biex Għawdex isir Għawdex aħjar fl-oqsma soċjo ekonomiċi kollha. Il-qasam agrikolu hu wieħed minn dawn l-oqsma li jirrappreżenta qasam primarju għaliex għandu wkoll relevanza ambjentali li hija riflessa f’dak li hu l-ambjent rurali tipiku tal-gżira. 

Il-Ministru Debono rringrazzjat lil dawk kollha li applikaw għal din l-iskema li permezz tagħha ġew restawrati tmintax-il raddiena tar-riħ li numru minnhom kienu fi stat ħażin ta’ konservazzjoni. Permezz ta’ din l-iskema dawn l-irdieden issa reġgħu bdew jiffunzjonaw u ser iservu bħala eżempju ta’ tradizzjoni prattika li tiġġenera enerġija rinovabbli. Il-Ministru Debono esprimiet ukoll l-intenzjoni tal-Ministeru għal Għawdex li jerġa’ jniedi skemi simili f’dan ir-rigward.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow