Left arrow Mur Lura

L-ISPEAKER LOUIS GALEA JATTENDI KONFERENZA TAL-COMMONWEALTH FL-INDJA

PR0020
Date Icon 07/01/2010

Speakers minn sebgħa u tletin pajjiż tal-Commonwealth qed jiltaqgħu fi New Delhi, l-Indja, fil-Konferenza tal-iSpeakers tal-Commonwealth. L-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati, Dr Louis Galea, flimkien mal-Iskrivan tal-Kamra, Miss Pauline Abela, qed jieħdu sehem f’isem il-Parlament Malti. 

Il-Konferenza ġiet inawgurata l-bieraħ mill-Prim Ministru tal-Indja, Dr Manmohan Singh. L-iSpeakertal-Lok Sabha (il-Kamra tad-Deputati tal-Poplu), Meira Kumar, qed tippresiedi l-Konferenza. Din hi l-għoxrin darba li qed tiltaqa’ l-Konferenza minn meta twaqqfet fl-1969, u hija t-tielet darba  li qed tiġi ospitata mill-iSpeaker tal-Indja. 

Il-Konferenza qed tiddiskuti tliet suġġetti : L-irwol tal-iSpeaker bħala medjatur; L-użu tat-teknoloġija fil-ħidma tal-Parlament; u L-irwol tal-iSpeaker fl-amministrazzjoni tal-Parlament. 

L-iskop tal-Konferenza, li tiltaqa’ kull sentejn, hu li tippromwovi l-għarfien u l-iżvilupp ta’ demokrazija u istituzzjonijiet parlamentari kif ukoll il-valuri tal-imparzjalità u l-fairness fil-ħidma tal-iSpeakers.Speakers minn sebgħa u tletin pajjiż tal-Commonwealth qed jiltaqgħu fi New Delhi, l-Indja, fil-Konferenza tal-iSpeakers tal-Commonwealth. L-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati, Dr Louis Galea, flimkien mal-Iskrivan tal-Kamra, Miss Pauline Abela, qed jieħdu sehem f’isem il-Parlament Malti. 

Il-Konferenza ġiet inawgurata l-bieraħ mill-Prim Ministru tal-Indja, Dr Manmohan Singh. L-iSpeakertal-Lok Sabha (il-Kamra tad-Deputati tal-Poplu), Meira Kumar, qed tippresiedi l-Konferenza. Din hi l-għoxrin darba li qed tiltaqa’ l-Konferenza minn meta twaqqfet fl-1969, u hija t-tielet darba  li qed tiġi ospitata mill-iSpeaker tal-Indja. 

Il-Konferenza qed tiddiskuti tliet suġġetti : L-irwol tal-iSpeaker bħala medjatur; L-użu tat-teknoloġija fil-ħidma tal-Parlament; u L-irwol tal-iSpeaker fl-amministrazzjoni tal-Parlament. 

L-iskop tal-Konferenza, li tiltaqa’ kull sentejn, hu li tippromwovi l-għarfien u l-iżvilupp ta’ demokrazija u istituzzjonijiet parlamentari kif ukoll il-valuri tal-imparzjalità u l-fairness fil-ħidma tal-iSpeakers.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow